Browsed by
Month: April 2021

Ħu r-riskju tal-ferħ!

Ħu r-riskju tal-ferħ!

F’dak iż-żmien, iż-żewġ dixxipli li reġgħu lura Ġerusalemm minn Għemmaws kienu qegħdin itarrfu lill-Ħdax u lil dawk li kienu magħhom xi ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż!

Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu? Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u riġlejja.

Lura fil-ġnien?

Lura fil-ġnien?

Niċċelebraw l-Evanġelju tat-2 Ħadd tal-Għid Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nitlob il-grazzja li nagħraf il-qawwa t’Alla u nħalli l-hena jkeċċi l-biża’ minni: Il-leminija tal-Mulej ’il fuq merfugħa,il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila.Ma mmutx, imma nibqa’ ngħix,u nħabbar l-għemejjel tal-Mulej..(Salm 117) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann Dakinhar filgħaxija, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta d-dixxipli kienu flimkien imbeżżgħa mil-Lhud, bil-bibien magħluqa, ġie Ġesù u qagħad f’nofshom; u qalilhom: “Is-sliem…

Read More Read More