Moviment tal-Fokolarini

Moviment tal-Fokolarini

Il-Moviment tal-Fokolari beda fi Trento l’ Italja, minn Chiara Lubich fl-1943. Illum dan il-Moviment huwa Moviment Ekumeniku li jinsab f’182 pajjiż. Fil-fatt dan il-Moviment internazzjonali huwa ddedikat għall-unita u l-ksib tal-paċi permezz tal-għixien tal-Evanġelju. Fih insibu nies li jitkellmu diversi lingwi, ġejjin minn razez differenti, u li jsegwu twemmin differenti. Hemm fostna nies li huma Nsara, Buddisti, Musulmani u Lhud, kif ukoll nies bla ebda twemmin reliġjuż. Ninsabu lkoll flimkien għax inħossuna magħqudin bejnietna u nirrispettaw id-differenzi ta’ xulxin.

F’din il-parroċċa ssir laqgħa ta’ darba fix-xahar miftuħa għall-kommunit’, li fiha ssir meditazzjoni fuq l-Kelma tal-Hajja, siltiet mill-Evanġelju u esperjenzi ta’ għixien tiegħu miktuba minn Chiara Lubich li l-Moviment jippubblika darba fix-xahar. Barra minn hekk, għal min ikun jixtieq hemm kuntatti għall-koppji miżżewġa fi gruppi barra mill-parroċċa u anki laqgħat oħra għat-tfal, għaż-żgħażagħ u adulti.

Għal aktar tagħrif ikkuntattja lil Grace u Oliver Pace fuq 21633361 jew 31 L-Arka, Triq Likama, Marsaskala ZBR 10 jew oliver.pace@gmail.com