Browsed by
Tag: Sunday

Issibu mistrieħ għal ruħkom

Issibu mistrieħ għal ruħkom

Mument ta’ talb: L-Erbatax-il Ħadd Matul is-Sena A Niċċelebraw il-Vanġelu fin-normalità: mistrieħ Preparazzjoni: Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, simbolu taż-żmien ta’ mistrieħ Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nistrieħu f’Alla bħal tarbija f’ħoġor ommha: Mulej, ma tkabbritx qalbi,anqas ma ntrefgħu għajnejja;jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar,jew wara ħwejjeġ ogħla minni.Imma żammejt ruħi fis-skiet u l-mistrieħ,bħal tarbija f’ħoġor ommha;bħal tarbija miftuma,hekk hi ruħi ġewwa fija.Ittama, Iżrael, fil-Mulej, minn issa u għal dejjem!(Salm 131) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari…

Read More Read More

Lazzru oħroġ!

Lazzru oħroġ!

Il-Ħames Ħadd tar-Randan (A) Mument ta’ talb fil-familja bl-Evanġelju tal-Ħadd. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Niftakru fil-kliem ta’ Ġesù: “Fejn tnejn jew tlieta huma miġbura f’ismi hemm jien f’nofshom.” (Mattew 18,20). Ġesù qiegħed f’nofsna. 1. Nisimgħu il-Kelma: mill-Vanġelu skont San Ġwann “Ġesù ħass ruħu mqanqal għal darb’oħra u resaq lejn il-qabar. Dan kien għar magħluq bi blata fuqu. Ġesù qal: “Neħħu l-blata”. Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: “Mulej issa beda jrejjaħ; ġa ilu erbat ijiem mejjet”. Qalilha Ġesù: “Ma…

Read More Read More

Mort, inħsilt, u ġejt nara.

Mort, inħsilt, u ġejt nara.

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan (A) Mument ta’ talb fil-familja bl-Evanġelju tal-Ħadd. Preparazzjoni: a. Ippreparaw flimkien il-post: tistgħu tpoġġu xemgħa bħala simbolu. b. It-tfal jistgħu ipenġu jew jiktbu l-ismijiet ta’ dawk in-nies li bħalissa ma jistgħux jarawhom u jiltaqgħu magħhom minħabba li qegħdin d-dar: sħabhom tal-iskola, teachers, nanniet … Fl-aħħar nitolbu għalihom. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Niftakru fil-kliem ta’ Ġesù: “Fejn tnejn jew tlieta huma miġbura f’ismi hemm jien f’nofshom.” (Mattew 18,20). Ġesù qiegħed f’nofsna. 1. Mill-Vanġelu skont San…

Read More Read More