Social Club – Help Age Caritas M’Skala

Leader : Ms Carmen Debono

Numru tal-Email : [email protected]

Numru tal-Landline : 27633334 /7763333

Fuq facebook flok jidhru l-informazzjoni ta’ fuq jistghu jibghatu private message.

Il-grupp jismu Social Club Caritas  .  

Kulhadd mistieden. (Irġiel u nisa)

Niltaqgħu kull nhar ta’ Tlieta.  

It-tielet Tlieta tax-xahar tkun ħarġa.

Fil-Lokalita’ ta’ Marsaskala , grazzi għall-għajnuna u inkoraġġiment mogħti mill-Kappillan, wieħed isib bosta gruppi  li jservu ta’ għajnuna soċjali, rikrejattiva u spiritwali għal membri tagħhom.

Grupp minn dawn huwa il-Klabb Soċjali fi ħdan il-Help Age Caritas. Il-Grupp jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta fid-9 .30 ta’ fil-ghodu fejn wara li jingħad il-ħsieb spiritwali, jkun hemm kelliema speċjaliżżati mistiedna, li jitkellmu fuq suġġetti varji, b’temi soċjali, spiritwali, fuq is-saħħa u ta’ informazzjoni  holistika’, biex l-anzjani  kemm jista’ jkun jitgħallmu jgħixu b’mod indipendenti.  Dawn is-suġġetti jiġu magħżula mill-membri stess waqt brainstorming fl-ewwel laqgħa, dwar x’jixtiequ li jisimgħu.  Dawn it-taħditiet dejjem intlaqgħu tajjeb u mhux l-ewwel darba li l-kelliemi jiġi mitlub jerġa’ jiġi biex ikompli jiżvolġi s-suġġett.

L-Iskop  tal-Klabb Soċjali ,hu li jgħaqqad lill-anzjani, għax il-membri jkomplu jitkellmu u jiddiskutu is-suġġett waqt li jieħdu te’ jew kafe u xi ħaġa ta’ l-ikel

Ill-Grupp Help Age, jorganizza xi ħarġiet fejn il-membri u l-ħbieb tagħhom jkunu jistgħu jiltaqgħu u jqattgħu nofs ta’ nhar  flimkien.  Dawn il-ħarġiet isiru wkoll bi skop li min jattendi barra li jqatta’ nofs ta’ nhar fil-kumpanij ta’ l-oħrajn jingħata tagħrif kemm kulturali kif ukoll soċjali Dawn il-ħarġet  jintlaqgħu sew mill-membri għax irreajliżżaw li biex tieħu pjaċir m’hemmx ghalfejn tilgħab biss, it-tombla.  Anzi jkun  hemm  iktar ċans fejn wieħed ikun jista’ jitkellem ma’ ieħor f’ambjent  relassanti

Laqgħat speċjali jkunu ppjanati flimkien mal-Caritas -Malta ,Help Age.  B’hekk qed issir outreach  biex  anzjani oħra.

Il-membri kollha japprezzaw ir-rigal żgħir li jingħataw f’għeluq żmienhom u anke għall-Get together li jsir fi żmien il-Milied, l-Għid u f’Ġunju qabel ma jieqfu l-laqgħat għas-sajf.

Hija x-xewqa tal-Kumitat  li tinħoloq sistema ta’ trasport, biex min joqgħod il-bogħod ikun jista’ jattendi.  Diġa hemm membri li jieħdu ħsieb li jwasslu lill-oħrajn bil-karozza tagħhom.  .

Il-Grupp Help Age jħoss li l-anzjan għad fadallu x’joffri.  Meta xi membru jħoss li għandu xi talent speċjali li jista’ jaqsam ma’  ħaddieħor, jiġi mħeġġeġ biex jagħmel dan.

 

PROGRAMM – Social Club Caritas – Marsaskala – Jannar – Marzu 2020

PROGRAMME OCTOBER – DECEMBER 2019

PROGRAMM SOCIAL CLUB CARITAS. April- June 2018

SOCIAL CLUB CARITAS : Programm Ottubru – Diċembru 2015

SOCIAL CLUB CARITAS MARSASKALA jan -mar 2014

 Programm : April – Ġunju

Programm Settembru. – Diċembru 2013

Min irid jibda jattendi jista’ jikkuntatja lill-Carmen Debono 27633334 – 77633334

Dan huwa l-programm minn Settembru sa Diċembru.

Settembru:

18             Ħarġa għall-Għawdex.  Tluq fis-7.

25             Nibdew il-laqgħat tagħna b’quddiesa.  Wara nieħdu gost b’xulxin u naqsmu ma’ xulxin kif qattajna s-sajf.

Ottubru:

2               Taħdita minn Ann Rose Toledo.         Ir-Rabja.  Kif nistgħu nikkontrolawha?                                                             

5               Niċċelebraw Jum L-Anzjan ma’ ċentri oħra fil-knisja tal-Mosta.  Dettalji aktar tard.

9               X’servizzi toffri ir-Richmond Foundation?

16             Ħarġa.    

23             Taħdita mill-Konsulent Joseph Debono.

30             Taħdita mill-Kappillan

Novembru:

6               Taħdita fuq l-użanzi ta l-imgħoddi minn Vincent Zammit (Historian).

13             Kif nimmaġinaw il-mard kroniku?  Tahdita minn Dr. Mariella Borg Buontempo.

20             Ħarġa.

27             Taħdita minn Mary Grace Cassar.       Health Promotion Unit.

Diċembru:

4                Bil-liġi: Kif irridu nqassmu u narmu l-iskart taghna .   Tahdita minn membru tal-WasteServe.

11              Ftit eżerċizzi Thai Xi  u taħdita minn Michael Micallef (Chinese Medicine)

18              Party għall-membri u xi mistiedna speċjali.

 

Carmen Debono

77633334

Our Groups

At Youths Marsaskala we engage young people in the life of the Church through retreats, events, and leadership opportunities. Based at Villa Apap Bologna, we provides a space where young people can encounter Christ, grow in faith, and build lasting friendships.

Nexus 2013-2014 - Tuesdays, 6:45pm - 8:15pm
Logos 2011-2012 - Wednesdays, 6:45pm - 8:30pm
Roots 2009-2010 - Thursdays, 7:30pm - 9:00pm
YM 18-25 years - Fridays, 7:30pm - 10:00pm

Programs & opportunities

Our programs and opportunities are designed to engage young people in meaningful ways, offering them a chance to deepen their faith and develop leadership skills.

We offer retreats, team-building sessions, catechesis, leadership preparation, youth exchanges, missionary experiences, and more!

Upcoming events...

Live-in: Connect 2026
20 - 22 November

Talent Show - YM Staged
IMonday 28th December 2026

Lejla Żgħażagħ- Festa Sant' Anna
Wednesday 21st July 2027