F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu”.
U qalilhom parabbola: “Wieħed raġel għani ġabar kotra ta’ frott mir-raba’ tiegħu. U beda jaħseb u jgħid bejnu u bejn ruħu: ‘X’se nagħmel? Għax dan il-frott kollu ma għandix fejn naħżnu! Ara x’nagħmel’, qal, “inħott l-imħażen li għandi u nibni oħrajn akbar, u naħżen fihom il-qamħ u l-ġid kollu li għandi. Imbagħad ngħid lili nnifsi: Ruħi, għandek ħażna kbira ta’ ġid għal bosta snin; mela strieħ, kul, ixrob, ixxala!’. Iżda qallu Alla: ‘Iblah li int! Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura. U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu?’. Hekk jiġrilu min jiġma’ l-ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla”. Lq 12:13-21.
The Parish of Marsaskala welcomes you to its website. We hope that you will find the information contained in this site useful, and that you will enjoy getting to know about the history of our parish and its various activities.
Merħba fil-website marsaskalaparish, hawnhekk għandek issib ħafna nformazzjoni dwar il-parroċċa ta’ Wied il-Għajn. Parroċċa żagħżugħa u għaldaqstant mogħnija b’enerġija sfiqa ta’ parruċċani ħabrieka biex fiha itwettqu ħafna attivitajjiet għal ġid spiritwali u materjali tal-kommunita. Żur id-diversi sezzjonijiet li hawn u nistednuk li terġa tiġi iktar ta spiss għal aktar aġġornament.