Lazzru oħroġ!
Il-Ħames Ħadd tar-Randan (A) Mument ta’ talb fil-familja bl-Evanġelju tal-Ħadd. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Niftakru fil-kliem ta’ Ġesù: “Fejn tnejn jew tlieta huma miġbura f’ismi hemm jien f’nofshom.” (Mattew 18,20). Ġesù qiegħed f’nofsna. 1. Nisimgħu il-Kelma: mill-Vanġelu skont San Ġwann “Ġesù ħass ruħu mqanqal għal darb’oħra u resaq lejn il-qabar. Dan kien għar magħluq bi blata fuqu. Ġesù qal: “Neħħu l-blata”. Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: “Mulej issa beda jrejjaħ; ġa ilu erbat ijiem mejjet”. Qalilha Ġesù: “Ma…