Avviżi – 27 ta’ Diċembru 2020

Avviżi – 27 ta’ Diċembru 2020

Kwaranturi
It-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikollna l-Kwaranturi – jiem ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija. Nesponu s-Sagrament wara l-quddiesa tat-7.45am sa nofsinhar u mill-4.00pm sal-quddiesa tas-6.00pm.

Il-Ħamis, fil-11:00am adorazzjoni komunitarja animata mis-saċerdoti, reliġjużi u seminaristi tal-Parroċċa tagħna sa 12:00pm.
Fl-4:30pm espozizzjoni tas-Sagrament, fil-5:15pm u fis-6:30pm Quddiesa u fit-8:00pm Quddiesa ta’ radd-il ħajr lil Alla għas-sena li se tintemm u wara purċissjoni bis-Sagrament mal-knisja bħala għeluq tal-Kwaranturi u Barka Sagramentali.

Inħeġġukom issibu ħin u tiġu titolbu quddiem Ġesù Ewkaristija u nirringrazzjawh flimkien.

1 ta’ Jannar 2021 – Marija Omm Alla u Jum il-Paċi
Matul dil-ġurnata ejjew nilqgħu l-istedina tal-Papa u tal-Isqfijiet tagħna sabiex nitolbu għall-paċi speċjalment fil-familji u s-soċjetà tagħna. Il-Quddies fil-Knisja Parrokkjali jkun fis-6:30am, 8:00am, 9:15am, fl-10:30am bl-Ingliż, 11:30am u fis-6:00pm.

Id-Dar tal-Providenza
Infakkru fil-ġabra għad-Dar tal-Providenza li ssir fl-1 ta’ Jannar 2021. Tkun ħaġa sabiħa li hekk kif inkunu miġburin flimkien bħala familja f’daż-żmien tal-Milied ngħinu lid-Dar tal-Providenza. Tistgħu titfgħu id-donazzjonijiet tagħkom f’buqar li ser ikun fuq l-artal matul din il-ġimgħa. Grazzi ħafna.

Għoti tal-Ministeru tal-Lettorat lis-Seminarista Jean Claude Attard u tal-Ministeru tal-Akkolitat lis-Seminarista Gylan Camilleri
Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2020, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:30am, is-Seminarista Jean Claude Attard ser jiġi istitwit bħala akkolitu u s-Seminarista Gylan Camilleri  ser jiġi istitwit bħala lettur minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.

Siġra tal-Imħabba
Infakkrukom fis-Siġra tal-Imħabba. Bil-għajnuna tagħna nkunu qed ngħinu lill-familji fil-bżonn fil-Parroċċa tagħna. Dan hu mod ieħor kif aħna nistgħu inferrħu lil ħaddieħor f’dan iż-żmien tal-Milied.

Comments are closed.