AVVIŻI – 31 ta’ Jannar 2021
L-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 31 ta’ Jannar sas-7 ta’ Frar 2021:
1. Għoti ta’ Demm

Bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar 2021 hija Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. Il-Ħamis 21 ta’ Jannar 2021, l-adorazzjoni ta’ wara l-quddiesa tas-6.00pm ser tkun talb għall-Għaqda fost l-Insara.
https://knisja.mt/gimgha-ta-talb-ghall-ghaqda-fost-l-insara-2021/
2. Il-Preżentazzjoni tal-Mulej, il-Kandlora

It-Tlieta 2 ta’ Frar hija l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju, il-Kandlora. Festa li tfakkarna li Ġesù hu d-dawl tal-ħajja tagħna.
Nistiednu lit-tfal u l-familja tagħhom li jattendu l-Museum tal-Bniet u li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena nhar it-Tlieta 2 ta’ Frar għall-quddiesa tas-6.00pm.
Nistiednu lit-tfal u l-familja tagħhom li jattendu l-Museum tas-Subien u li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina din is-sena nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar għall-quddiesa tas-6.00pm.
Kulħadd huwa mistieden iġib miegħu xemgħa bajda.
3. L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar

Il-Ġimgħa 5 ta’ Frar 2021 huwa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar għalhekk wara l-quddiesa tas-6:00pm ikollna l-adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija.