AVVIŻI – 7 ta’ Frar 2021

AVVIŻI – 7 ta’ Frar 2021

L-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 7 sal-14 ta’ Frar 2021:

1. Kummissjoni Kateketika
It-Tnejn 8 ta’ Frar 2021 fl-4.30pm tiltaqa’ l-Kummissjoni Kateketika fl-Uffiċċju Parrokkjali.


2. Laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li se jirċievu l-Ewwel Tqarbina fl-2021
It-Tnejn 8 ta’ Frar 2021 se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li jattendu l-Museum Subien li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
It-Tlieta 9 ta’ Frar 2021 se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li jattendu fiċ-Ċentru tal-Munxar li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
Il-Ħamis 11 ta’ Frar 2021 se ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li jattendu l-Museum Bniet li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
Il-laqgħat ser isiru fis-7.00pm, fil-Knisja Parrokkjali u għal dawn il-laqgħat ser jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji relatati mal-Covid.


3. Festa ta’ San Pawl Missierna

L-Erbgħa 10 ta’ Frar 2021 hija l-festa ta’ San Pawl Missierna. Il-quddies ikun bħal nhar ta’ Ħadd.


4. Magħmudija Komunitarja  
L-Erbgħa 10 ta’ Frar 2021 issir il-Magħmudija bil-Quddiesa li tibda fil-11.30am.


5. Kummissjoni Liturġija
Il-Ħamis 11 ta’ Frar 2021 fl-4.00pm tiltaqa’ l-Kummissjoni Liturġija fl-Uffiċċju Parrokkjali.


6. Festa tal-Madonna tal-Lourdes u Jum Dinji tal-Morda

Il-Ħamis 11 ta’ Frar 2021 niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tal-Lourdes u Jum il-Morda fil-quddiesa tas-6.00pm.

7. 75 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa

Fl-2024, il-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn se tkun qed tfakkar il-75 sena mit-twaqqif tagħha. Bħala Parroċċa se nkunu qed niċċelebraw dan l-avveniment bi proġett komunitarju u bil-pubblikazzjoni ta’ ktieb, li jkollu wkoll l-għan li jiddokumenta dan il-proċess.

L-għan ta’ dan il-proġett hu li niskopru mill-ġdid x’jagħmel lil Wied il-Għajn dak li hu, kif l-istejjer tal-art u tan-nies li joqogħdu fiha ntagħġnu flimkien, bit-tama li l-istorja ta’ Wied il-Għajn tkun apprezzata, mgħożża u mgħoddija lil ġenerazzjonijiet futuri ta’ Skalin.

Jekk tixtieq tagħmel parti minn dan il-proġett, nitolbuk timla’ dan il-kwestjonarju: http://marsaskalaparish.org/progett75 jew tieħu karta mis-sagristija.

Barra minn hekk, jekk għandek xi ritratti antiki ta’ Wied il-Għajn u li jistgħu jkunu murija f’esebizzjoni u/jew ikunu pubblikati fil-ktieb, nitolbukom tkellmu lil xi ħadd minna s-saċerdoti.

Comments are closed.