AVVIŻI – 14 ta’ Frar 2021
Ara l-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 14 sal-21 ta’ Frar 2021
Ara l-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 14 sal-21 ta’ Frar 2021
F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”. U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf. U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda”. Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien. (Mark 1, 40-45)
Ara l-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 7 sal-14 ta’ Frar 2021