AVVIŻI – 14 ta’ Marzu 2021
L-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 14 sal-21 ta’ Marzu 2021:
1. Illum qed niċċelebraw ir-Raba’ Ħadd tar-Randan.
Ejjew inqaddsu l-jum tal-Ħadd permezz tat-talb fil-familja madwar il-Kelma t’Alla. Fuq il-website u l-facebook page nistgħu insibu għajnuniet biex niċċelebraw il-Liturġija Domestika fil-Familja.
2. Ħinijiet tal-ftuħ tal-Knisja Parrokkjali
Il‑Knisja Parrokkjali qed tkun miftuħa għat‑talb privat, mis-7.00am sat-8.00am u mill-5.30pm sas-6:30pm, fil-ġranet kollha.
Biex wieħed jidħol fil‑knisja għandu jibqa’ jimxi mall‑miżuri kollha preżenti għall‑ħarsien tas‑saħħa.
Aħna mistiedna biex ta’ kuljum ningħaqdu fit‑talb permezz taċ‑ċelebrazzjoni tal‑quddiesa mxandra fuq TVM2, Knisja.mt u Newsbook.com.mt.
3. Festa ta’ San Ġużepp u 22 Sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali
Il-Ġimgħa 19 ta’ Marzu hija l-festa liturġika ta’ San Ġużepp u għeluq it-22 Sena mill-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali tagħna. Nirrinġrazzjaw lil Alla tal-parroċċa tagħna u nitolbu l-ħarsien ta’ San Ġużepp fuq il-familji tagħna.
4. Katekeżi tat-tfal On-line
Iħeġġu lill-ġenituri sabiex ikomplu jattendu għat-tagħlim On-line tal-Katekiżmu tat-tfal imħejji mill-katekisti tagħna. Il-website www.bekids.mt qed toffri riżorsi tajbin ta’ formazzjoni kateketika għat-tfal u għall-adolexxenti li qegħdin jippreparaw biex jirċievu s-sagramenti.
5. Ngħinu lil xulxin
Nitolbukom sabiex tinfurmawna jekk nistgħu inkunu ta’ għajnuna għalikom jew jekk hemm xi persuni fil-bżonn billi ċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali fuq 21636704 jew inkella email fuq parish.marsaskala@gmail.com
6. Proġett 75 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa
Fl-2024, il-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn se tkun qed tfakkar il-75 sena mit-twaqqif tagħha. Bħala Parroċċa se nkunu qed niċċelebraw dan l-avveniment bi proġett komunitarju u bil-pubblikazzjoni ta’ ktieb, li jkollu wkoll l-għan li jiddokumenta dan il-proċess.
L-għan ta’ dan il-proġett hu li niskopru mill-ġdid x’jagħmel lil Wied il-Għajn dak li hu, kif l-istejjer tal-art u tan-nies li joqogħdu fiha ntagħġnu flimkien, bit-tama li l-istorja ta’ Wied il-Għajn tkun apprezzata, mgħożża u mgħoddija lil ġenerazzjonijiet futuri ta’ Skalin.
Jekk tixtieq tagħmel parti minn dan il-proġett, nitolbuk timla’ dan il-kwestjonarju: http://marsaskalaparish.org/progett75 jew tieħu karta mis-sagristija.
Barra minn hekk, jekk għandek xi ritratti antiki ta’ Wied il-Għajn u li jistgħu jkunu murija f’esebizzjoni u/jew ikunu pubblikati fil-ktieb, nitolbukom tkellmu lil xi ħadd minna s-saċerdoti.