Ejjew nagħmlu ragħaj
Għeżież tfal, Nhar il-Ħadd li ġej ser niċċelebraw il-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb u Jum il-Vokazzjonijiet. Għalhekk qed nistednukom sabiex tagħmlu dan il-kraft tar-ragħaj sabiex nhar il-Ħadd inpoġġuh quddiem l-artal fejn niftakru li Ġesù huwa r-Ragħaj il-kbir tagħna li jħobbna u jieħu ħsibna. Nitolbu ukoll għal persuni li Ġesù qed isejjħilhom sabiex ikunu bħalu ragħajja tajba sabiex jieħdu ħsieb lin-nies ta’ Ġesù fil-knisja. Ser intellgħu xi ħaġa sabiħa lil dawk li jġibu lir-ragħaj tagħhom magħhom!Niltaqgħu nhar il-Ħadd għall-quddiesa tad-9.15am! Kunu mberkin! Gylan…