AVVIŻI – 18 ta’ April 2021

AVVIŻI – 18 ta’ April 2021

L-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 18 sal-25 ta’ April 2021:

1. Il-Parroċċa tilqagħna għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa

Illum fil-knisja parrokkjali nerġu’ niltaqgħu għall-Quddiesa.
Infakkru li l-ħin tal-quddies huwa fis-6.30am, fit-8.00am, fid-9.15am, fl-10.30am bl-Ingliz, fil-11.30am u fis-6.00pm. Il-Quddies ikompli wkoll matul il-ġimgħa fis-7.00am, fit-7.45am u fis-6.30pm.


2. Jum il-Karità

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Karita fid-Djoċesi tagħna, illum napprezzaw il-kontribut li qed tagħti l-Knisja f’pajjiżna permezz ta’ diversi d-djar li tmexxi, fosthom id-djar tat-tfal, tal-anzjani, tal-persuni bi bżonnijiet speċjali, għar-rijabilitazzjoni mid-drogi u oħrajn.


3. Il-Karus ta’ Mħabba

Infakkru lit-tfal li għandhom il-Karus ta’ Mħabba b’risq it-tfal fil-bżonn, biex iġibuh magħhom il-knisja u jpoġġuh fil-qfief li hemm quddiem l-artal.


4. Ilma Imbierek

Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, it-tberik tal-familji din is-sena mhux possibli li jsir. Għalhekk bħala parroċċa wara l-quddiesa qed inqasmu l-ilma imbierek u santa bit-talba biex tingħad fil-familja.


5. L-Uffiċċju Parrokkjali
Min-nhar it-Tnejn 19 ta’ April 2021, l-uffiċċju parrokkjali ser ikun miftuħ nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa bejn l-4.30pm u l-5.30pm.


6. Katekeżi tat-tfal On-line
Iħeġġu lill-ġenituri sabiex ikomplu jattendu għat-tagħlim On-line tal-Katekiżmu tat-tfal imħejji mill-katekisti tagħna. Il-website www.bekids.mt qed toffri riżorsi tajbin ta’ formazzjoni kateketika għat-tfal u għall-adolexxenti li qegħdin jippreparaw biex jirċievu s-sagramenti.


7. Ngħinu lil xulxin

Nitolbukom sabiex tinfurmawna jekk nistgħu inkunu ta’ għajnuna għalikom jew jekk hemm xi persuni fil-bżonn billi ċċemplu l-Uffiċċju Parrokkjali fuq 21636704 jew inkella email fuq parish.marsaskala@gmail.com


8. Proġett 75 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa

Fl-2024, il-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn se tkun qed tfakkar il-75 sena mit-twaqqif tagħha. Bħala Parroċċa se nkunu qed niċċelebraw dan l-avveniment bi proġett komunitarju u bil-pubblikazzjoni ta’ ktieb, li jkollu wkoll l-għan li jiddokumenta dan il-proċess.

L-għan ta’ dan il-proġett hu li niskopru mill-ġdid x’jagħmel lil Wied il-Għajn dak li hu, kif l-istejjer tal-art u tan-nies li joqogħdu fiha ntagħġnu flimkien, bit-tama li l-istorja ta’ Wied il-Għajn tkun apprezzata, mgħożża u mgħoddija lil ġenerazzjonijiet futuri ta’ Skalin.

Jekk tixtieq tagħmel parti minn dan il-proġett, nitolbuk timla’ dan il-kwestjonarju: https://marsaskalaparish.org/progett75 jew tieħu karta mis-sagristija.

Barra minn hekk, jekk għandek xi ritratti antiki ta’ Wied il-Għajn u li jistgħu jkunu murija f’esebizzjoni u/jew ikunu pubblikati fil-ktieb, nitolbukom tkellmu lil xi ħadd minna s-saċerdoti.

Comments are closed.