Libertà fuq xifer l-irdum
Niċċelebraw l-Evanġelju tar-4 Ħadd tar-Randan Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej. L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, il-pubblikani u l-midinbin kienu jersqu bi ħġarhom lejn Ġesù biex jisimgħuh. U kemm il-Fariżej u kemm il-kittieba kienu jgemgmu u jgħidu: “Nies midinba jilqa’ għandu dan u jiekol magħhom!”.U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Kien hemm raġel li kellu żewġ…