Ġewwa jew barra?
Niċċelebraw l-Evanġelju tat-28 Ħadd ta’ Matul is-Sena Ċ Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Il-Mulej għarraf is-salvazzjoni lill-ġnus. L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skont San Luqa Ġara li huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!”. Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin”. U ġara li, huma u sejrin, fiequ…