Id-dubju u lil hinn minnu!

Id-dubju u lil hinn minnu!

Niċċelebraw l-Evanġelju tas-7 Ħadd tal-Għid

Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ.


L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien”.

(Mt 28, 16-20)

pexels/min an: returning to what?

Riflessjoni u talba:

i. Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù.

Issa ħdax mhux tnax!
Falliment?
Lura lejn il-Galilija
minn fejn kien beda kollox!
Tgħid jistgħu jerġgħu jibdew?
Marru fuq il-muntanja
li wrihom Ġesù!
Tgħid jerġa jgħidilhom: “Ħenjin il-fqar fl-ispirtu”?

Irrifletti

  • Fejn issibha diffiċli terġa tibda?
pexels/dominika roseclay: there is a future, despite … !


ii. 
Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw.

Inxteħtu quddiemu –
Dak li qak li deher li imbela mid-dlam –
“qam kif kien qal”
“ilbiesu abjad bħad-dawl”
“wiċċu sar jiddi bħax-xemx!”
 
Imma xi wħud iddubitaw!
Minn xhiex?
Minnu?
Minnhom infushom?
Minn xulxin?
 
Imma xorta inxteħtu quddiemu!

Irrifletti

  • Liema dubju ġġorr? Xi tfisser li tinxteħet quddiemU?
pexels/erik mclean: trust renewed: go forth


iii.
Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien”

Elfejn sena wara qegħdin hawn
bil-fallimenti
bid-dubji
fqar!
imma
inqanqlu passi ta’ kuraġġ
inwasslu persuni f’Alla
nispiraw stili ta’ ħajja mibnija fuq l-Evanġelju!
Nibqgħu fqar
imma waħedna qatt!

Irrifletti

  • Isma’ l-fiduċja li qed jiżra’ fik il-Mulej Irxoxt.  


Nitolbu l-Missierna flimkien

Glorja lill-Missier,
u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu, 

kif kien mill-bidu,
issa u dejjem,
jibqa’ għal dejjem,
ta’ dejjem,
Ammen. 

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen


Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.

Comments are closed.