Hemm bżonn bidla.

Hemm bżonn bidla.

Niċċelebraw l-Evanġelju tal-26 Ħadd

Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, Mulej.


L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”.

U dak qallu: “Ma rridx”. Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. “Arani sejjer, sidi,” qallu dan, u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?”. “L-ewwel wieħed”, weġbuh. U qalilhom Ġesù: “Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla. Għax Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx iżda l-pubblikani u n-nisa tat-triq emmnuh; u għalkemm intom rajtu dan kollu, bqajtu sal-aħħar ma biddiltux il-fehma tagħkom, u ma emmintuhx”.

(Mt 21, 28-32)

pexels/shvets: humble yet firm

Riflessjoni u talba:

i. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom?

Kultant nuża’ kliem sabiħ
nagħti impressjoni li miexi mar-regoli
li ma hemm xejn x’tgħid ħażin fija
meta fil-verità ma nkun qed inwettaq xejn!
 
Jiġi l-mument fejn nirreżisti
nagħraf li mitlub niċċaqlaq, nibdel il-mod kif inġib ruħi, u ngħid “le”.
Imma imbagħad fil-ġewwieni tiegħi nagħraf
il-verità …
nibla lsieni u nagħżel dak li hu sewwa.

Irrifletti

  • Fejn mistieden nagħmel bidla?
Fejn mistieden nagħmel bidla?


ii. 
Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?

Kultant nuża’ kliem sabiħ
nagħti impressjoni li miexi mar-regoli
li ma hemm xejn x’tgħid ħażin fija
meta fil-verità ma nkun qed inwettaq xejn!
 
Jiġi l-mument fejn nirreżisti
nagħraf li mitlub niċċaqlaq, nibdel il-mod kif inġib ruħi, u ngħid “le”.
Imma imbagħad fil-ġewwieni tiegħi nagħraf
il-verità …
nibla lsieni u nagħżel dak li hu sewwa.

Irrifletti

  • Fejn mistieden nagħmel bidla?

pexels/cottonbro: open to be blessed


iii. Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla.

Nieqaf u napprezza
persuni umli li għamlu bidliet f’ħajjithom
ħaddnu stil aktar bilanċjat
għexu l-ġustizzja, l-ħarsien tal-ħolqien, fedeltà fir-relazzjonijiet,
fidi li mhix qoxra.
 
Nieqaf u napprezza
mexxejja li, bħal Ġesù, kellhom il-kuraġġ ifakkruna
li konna qed nużaw ir-reliġjon biex nikkundannaw u neliminaw
filwaqt li aħna bqajna ma morniex naħdmu fl-għalqa tal-Mulej
biex ngħixu l-Evanġelju b’integrità,
biex inwasslu l-imħabba bla kundizzjoni ta’ Alla,
biex noffru d-duwa li tfejjaq lill-miġrugħ
bl-umiltà tal-fqir fl-ispirtu
bl-impenn ta’ min ifittex il-paċi
bil-kuraġġ ta’ min għandu l-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja.

Irrifletti

  • Mulej għinna nagħmlu għażliet kuraġġużi.


Nitolbu l-Missierna flimkien

Glorja lill-Missier,
u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu, 

kif kien mill-bidu,
issa u dejjem,
jibqa’ għal dejjem,
ta’ dejjem,
Ammen. 

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen


Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.

Comments are closed.