Ikla

Ikla

Niċċelebraw l-Evanġelju tal-20 Ħadd – B.

Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej.


L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”.

Fuq hekk il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”.

Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb. Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih. Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b’Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija.

Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema; mhuwiex bħal dak li kielu missirijietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem”.

(Gw 6, 51-58)

Pexels:mariana kurnyk – preparing to receive

Riflessjoni u talba:

i.  “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”.

Kif jista jkun xi hadd johrog ghonqu ghalik
jahsillek wiccek biex tkun ahjar
f’dinja fejn jekk ma toqghodx b’sebgha ghajnejn jiekluk haj?

Safrattant kull darba li nieklu dan il hobz
u nixorbu dan il-kalci
inhabbru l-mewt tieghu sa ma jigi
niccelebraw imhabba konkreta li qatt ma tithassar.

Irrifletti

  • Fejn qed taqta’ qalbek mit-tajjeb?
pexels/cottobro: uniting with fragility


ii. 
Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.

Kultant nieklu ikel li jimla ghal ftit
imma jaghmel hsara lill-qalb:
ikel ibbazat fi qrusa, suspett, kburija falza, ghira.

Ghaqqad il-fragilità u d-dghufija tieghek u tal-hajja ma’ dawk ta’ Gesù (gismo u demmu),
u ircievi ikel li ghandu l-hajja ta’ dejjem:
ibbazat f’generozità, rikonciljazzjoni, sharing.

Irrifletti

  • Kif tiddistingwi bejn junk food u ikel bnin ghar-ruh?

pexels/eugenio felix: fragile but enlightened


iii. Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b’Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija.

Fil-hajja normali diga ghamilna esperjenza
ta’ ikliet li jgibu esperjenza ta’ intimità
li nibqghu ‘nieklu’ minnhom ghal xhur wara.

Itlob li tidhol aktar f’din l-esperjenza tal-Ewkaristija
fejn tidhol fl-esperejnza ta’ Gesù li mimli hajja ghax immexxi mill-fiducja kreattiva tal-Missier;
aghraf kif inti mahbub/a b’mod personali u ghix minn hemm…
ghal dejjem.

Irrifletti

  • Fejn ghamilt esperjenza sabiha ta’ intìmità? Kif tghinek tifhem il-kliem tà Gesù?


Nitolbu l-Missierna flimkien

Glorja lill-Missier,
u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu, 

kif kien mill-bidu,
issa u dejjem,
jibqa’ għal dejjem,
ta’ dejjem,
Ammen. 

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen


Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.

Comments are closed.