Quddiem il-fraġilità.

Quddiem il-fraġilità.

Niċċelebraw l-Evanġelju tal-1 Ħadd tar-Randan – C.

Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Kun miegħi, Mulej, fid-dwejjaq.


L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, Ġesù, mimli bl-Ispirtu s-Santu, raġa’ lura mill-Ġordan u l-Ispirtu ħadu fid-deżert. Hemm għal erbgħin jum Ġesù kien imġarrab mix-Xitan. Matul dawk il-jiem ma kiel xejn; u mbagħad, meta għaddew dawk il-jiem, ħadu l-ġuħ. U x-Xitan qallu: “Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż”. Wieġbu Ġesù: “Hemm miktub: Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix”.

Imbagħad ix-Xitan ħadu fl-għoli u wrieh is-saltniet tad-dinja kollha f’daqqa. Qallu x-Xitan: “Nagħtik is-setgħa fuq dawn kollha, bil-glorja tagħhom ukoll għax hija ngħatat lili, u jiena nagħtiha lil min irrid. Jekk tinxteħet quddiemi tagħtini qima, kollha tiegħek tkun”. Ġesù wieġbu u qallu: “Hemm miktub: Lill-Mulej, Alla tiegħek, tadura, u lilu biss taqdi”.

Imbagħad ix-Xitan ħadu Ġerusalemm, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet minn hawn għal isfel. Għax hemm miktub: “Lill-anġli tiegħu jordnalhom biex jieħdu ħsiebek sewwa”, u li: “fuq idejhom jerfgħuk, ħalli ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla”. Wieġeb Ġesù u qallu: “Jingħad: Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek”.

Imbagħad ix-Xitan, meta temm dan it-tiġrib kollu, telaq minn ħdejh sa ma wasal il-waqt.

(Lq 4:1-13)

pexels/inspired images: contemplate.

Riflessjoni u talba:

i. U x-Xitan qallu: “Jekk inti Bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobż”. Wieġbu Ġesù: “Hemm miktub: Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix”.

Int għandek dritt!
Int importanti.!
Int kollox.
 
Iddomina d-dinja
iġbed kollox lejn ħalqek, għas-servizz tiegħek:
ix-xewqat tiegħek biss assoluti.
 
Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix.
imma meta jikkontempla dak li ħareġ minn fomm Alla
meta juri rispett lejn kull ħlieqa, u jħobb fir-realtà.

Irrifletti:

  • Fejn mistieden tirrispetta r-realtà għall-dak li hi?
pexels/vladimir stransky: total control?


ii. Qallu x-Xitan: “Nagħtik is-setgħa fuq dawn kollha, bil-glorja tagħhom ukoll għax hija ngħatat lili, u jiena nagħtiha lil min irrid. Jekk tinxteħet quddiemi tagħtini qima, kollha tiegħek tkun”. Ġesù wieġbu u qallu: “Hemm miktub: Lill-Mulej, Alla tiegħek, tadura, u lilu biss taqdi”.

Nixtieq il-kontroll
quddiem l-imprevedibbiltà tal-ħajja, il-biża mill-oħrajn:
infittex il-poter, insibni skjav.
 
Nixtieq li niswa’
quddeim il-fraġilità tiegħi, il-biża li jarmuni:
infittex il-glorja tad-dinja, insibni vojt.
 
Lil Mulej Allla tiegħek adura
u jimlik bil-glorja tiegħU
u jafdak biex tieħu ħsieb il-ħolqien.

Irrifletti

  • Liema ħaġa tagħmlek dipendenti fuqha?
pexels/duc anh nguyen: learn to walk down, no need to jump.


iii.  Imbagħad ix-Xitan ħadu Ġerusalemm, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet minn hawn għal isfel. Għax hemm miktub: “Lill-anġli tiegħu jordnalhom biex jieħdu ħsiebek sewwa”, u li: “fuq idejhom jerfgħuk, ħalli ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla”. Wieġeb Ġesù u qallu: “Jingħad: Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek”.

Tista’ tipprova timmanipula lil Alla
Iġġibu jaqdi l-proġett tiegħek
Għall-fama, biex tirnexxi, biex taħrab mill-eżiġenzi tal-ħajja.
 
Tista’ tintelaq f’idejH
Iben maħbub tal-Missier
b’fiduċja fiH f’kull pass li tagħmel.

Irrifletti

  • Missier f’idejk nintelaq jiena.


Nitolbu l-Missierna flimkien

Glorja lill-Missier,
u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu, 

kif kien mill-bidu,
issa u dejjem,
jibqa’ għal dejjem,
ta’ dejjem,
Ammen. 

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen


Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.

Comments are closed.