Tenerezza mhux sens ta’ ħtija.

Tenerezza mhux sens ta’ ħtija.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla   

Niċċelebraw l-Evanġelju tat-tielet Ħadd tal-Għid. (Ġw 21:1-19)

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ deher lid-dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien. Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad”. Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll”. Marru, rikbu d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn.

Filgħodu mas-sebħ, Ġesù kien qiegħed ix-xatt, imma d-dixxipli ma kinux jafu li kien Ġesù. Ġesù qalilhom: “Għandkom x’tieklu, ħbieb?”. “Le”, weġbuh. Qalilhom: “Waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa u ssibu”. Dawn waddbu x-xibka, u mbagħad ma felħux jiġbduha daqskemm qabdu ħut! Id-dixxiplu li kien iħobb Ġesù qal lil Pietru: “Il-Mulej dan!”. Għalhekk Xmun Pietru, kif sama’ li kien il-Mulej, xeħet fuqu l-libsa ta’ fuq, għax kien għoddu għeri, u ntafa’ l-baħar. Id-dixxipli l-oħra, billi ma kinux imbiegħda wisq mill-art, imma xi mitejn driegħ biss, resqu bid-dgħajsa jkaxkru warajhom ix-xibka bil-ħut.

pexels/steve: the depths of God’s heart.

i. Filgħodu mas-sebħ, Ġesù kien qiegħed ix-xatt, imma d-dixxipli ma kinux jafu li kien Ġesù. Ġesù qalilhom: “Għandkom x’tieklu, ħbieb?”. “Le”, weġbuh. Qalilhom: “Waddbu x-xibka n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa u ssibu”.

L-irxoxt jerġa jibda minn fejn ħalla:
“ma nsejħilkomx qaddejja, iżda ħbieb”;
isaqsi għax mhux indifferenti għall-ġuħ tal-bniedem;
jirriġenera fil-ħin opportun: ħabbtu u jiftħulkom, waddbu u ssibu.

Irrifletti:

  • Ma’ liema esperjenza tirrelata?

pexels/cottonbro: the brilliance of the risen Lord.

ii. Qalilhom Ġesù: “Ejjew, kulu”. Imma ħadd mid-dixxipli ma ssogra jistaqsih: “Int min int?”, għax kienu jafu li kien il-Mulej. Ġesù resaq, qabad il-ħobż u newwilhulhom; u hekk ukoll għamel bil-ħut.

Wara lejl ma taqbad xejn
u tant inizjattivi li jidhru bla eżitu,
it-tenerezza ta’ min jippreparalek x’tiekol
il-presenza t’Alla f’ġesti personali:
resaq, qabad il-ħobż, newwilhulhom.
“Mulej tiegħi u Alla tiegħi”.
 
Irrifletti:

  • Fejn tagħraf il-ġesti tat-tenerezza ta’ Alla lejk?
pexels/namakuki: resurrected life.

Mill-ġentilezza tal-ikla
għal dik tal-konversazzjoni:
il-ħtija li tipparalizza
tħalli post għall-fiduċja li tagħti l-ħajja.

Irrifletti:

  • Fejn tilmaħ din l-esperjenza tal-Irxoxt?

3. Missierna  

Comments are closed.