Melħ u dawl.

Melħ u dawl.

Niċċelebraw l-Evanġelju tal-ħames Ħadd tas-sena.

pexels/elifinatlasi: potential

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin.

  1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.

Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt is-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet”. Mt 5:13-16.

pexels/maria petersson: effectivess.

i. Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art.”

Ħarsa u kelma ta’ fiduċja kbira
mingħand dak li biH sar kollox
fuq il-preżent u l-futur tagħna:

“Intom il-melħ tal-art” –
għaqal li jagħti nifs qalb il-konfużjoni
togħma meta kull ħidma tibda jinħass bla sens

mhux fil-kobor jew fil-posizzjoni ta’ poter
mhux li l-melħ jgħatti kollox hu
iżda fiċ-ċokon li kapaċi joħroġ it-togħma tal-bqija.

Irrifletti:

  • Ara ftit lilek innifsek mill-perspettiva ta’ Alla: inti l-melħ tal-art.

pexels/castorlystock: insipid?

ii. Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġa’ jieħu t-togħma? Ma jibqa’ tajjeb għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.

Jekk il-melħ jaqta’
jekk ninqatgħu mill-għajn ta’ ħajjitna
jekk fija bħala nisrani ma jidher xejn mill-għerf tal-Vanġelu
Jekk fil-komunità nisranija ma jinħassx l-istil ta’ Kristu
nifhmu li d-diżappunt ikun kbir!

Irrifletti:
Fejn mistieden tkun attent biex ma tgħix b’aktar impenn lil Kristu?

pexels/ddoneo: gift.

iii. Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt is-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet”.

“Intom id-dawl tad-dinja”.
Ġesù persważ li
l-presenza tiegħek essenzjali
daqskemm meħtieġ id-dawl.

Imma daqskemm id-dawl
intiż biex idawwal ir-realtà,
daqstant ieħor ma jagħmilx sens
li tingħalaq fik innifsek u tirtira fil-kumdità.

Meta toħroġ in-nies ser jaraw lilek.
Jekk isibu ġesti tajba/sbieħ
ser jifirħu b’dak li hu ġenwin,
jagħarfu lil Alla l-għajn tat-tajjeb u s-sabiħ.

Imma jekk isibu biss tlellix –
bla sustanza, bla Alla, moħħna fina nfusna –
ikun diżappunt ieħor.

Irrifletti:

X’jgħinek tkun strument aħjar biex id-dawl t’Alla jasal?

  1. Missierna

Comments are closed.