Niċċelebraw l-Evanġelju ta’ Corpus
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.
- Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem. U l-ħobż li jiena nagħti huwa ġismi għall-ħajja tad-dinja”. Fuq hekk il-Lhud tlewmu bejniethom, u bdew jgħidu: “KSebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.if jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh?”. Ġesù mela qalilhom: “Tassew, tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb.
Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih. Bħalma bagħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b’Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija. Dan huwa l-ħobż li niżel mis-sema; mhuwiex bħal dak li kielu missirjietkom u mietu; min jiekol dan il-ħobż jgħix għal dejjem”. Ġw 6:51-58
Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.

pexels/zeng jinwen: where’s my place?
i. Ġesù qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema. Jekk xi ħadd jiekol minn dan il-ħobż jgħix għal dejjem.”
Fid-distanza bejn l-art u s-sema
fejn nitħabtu mal-limitazzjonijiet tagħna
fejn niltaqgħu max-xewqat profondi tagħnaSebbaħ, Ġerusalemm, liSebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.ll-Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.Mulej.
Ġesù imiss l-esperjenza l-aktar vixxerali –
il-ġuħ, il-bżonn,
għal dak li jissodisfa ix-xewqat profondi.
Mhux biss jagħtik tiekol
imma isir Hu stess l-ikel.
L-aktar esperjenza umana – tiekol
issir l-aktar esperjenza divina – tħobb.Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.
Irrifletti:
X’inhu l-ġuħ tiegħek bħalissa?

pexels/yugdas manandhar: fragile yet life-giving.
ii. Tassew, tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.
Dak li nesperjenzawh bħala l-aktar punt fraġli –
il-ġisem u d-demm,
l-umanità fid-dgħufija tagħha –
fi Kristu isir il-post tal-ĦAJJA.
“Din il-festa issejħilna mhux għall-polemika,
lanqas għall-iskuraġġiment.
Issejħilna pjuttost biex inħarsu aktar fil-fond.
Issejħilna biex inħallu l-ħarsa t’Alla tgħallimna,
kif ma nieqfux fuq livell superfiċjali,
iżda naraw il-possibilitajiet ta’ ħajja
anke fejn naraw biss diffikultajiet.pexels/cottonbro: receiving life to give life.
F’nofs it-tensjoni, il-firdiet, l-għijja ta’ din l-art,
l-Ewkaristija tfakkarna li l-loġika t’Alla differenti:
mhix il-loġika li iżżomm iżda li tagħti;
mhix il-loġika li tingħalaq iżda li taqsam.
Hija loġika li tista’ tidher fraġli fl-għajnejn tad-dinja,
imma fir-realtà hija l-unika kapaċi li tibni verament”.
Kardinal Pizzaballa
Irrifletti:
- Kif mistieden tara l-fraġilità b’mod ġdid?

pexels/cottonbro: receiving life to give life.
iii. Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih. Bħalma bagSebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.ħatni l-Missier, li hu ħaj, u jiena ngħix b’Missieri, hekk ukoll min jiekol lili, hu wkoll jgħix bija.
Mhux mistieden tarah u tadurah
Mhux mistieden biex tirċevih
Mistieden biex tħallih jibdlek
Tirċievi biex tagħti
Tgħix biex tagħti ħajja lil ħaddieħor.
Il-ħajja mogħtija t’Alla aktar qawwija
mill-kuntrarju: id-dnub, il-vjolenza, il-mewt.
Irrifletti:
- B’liema mod mistieden taghti l-ħajja?Sebbaħ, Ġerusalemm, lill-Mulej.
3. Missierna

Comments are closed