
Erġa aħsibha.

Niċċelebraw l-Evanġelju tas-sitta u għoxrin Ħadd
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, Mulej.
1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”.
U dak qallu: “Ma rridx”. Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. “Arani sejjer, sidi,” qallu dan, u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?”. “L-ewwel wieħed”, weġbuh. U qalilhom Ġesù: “Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla. Għax Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx iżda l-pubblikani u n-nisa tat-triq emmnuh; u għalkemm intom rajtu dan kollu, bqajtu sal-aħħar ma biddiltux il-fehma tagħkom, u ma emmintuhx”. Mt 21, 28-32.

pexels/william fortunato: what about looking from this side?
i. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom?
Lil dawk li mimlijin rabja għalih
li qed jippjanaw kif joqtluh
li ċerti mill-posizzjoni tagħhom
joffrilhom mistoqsija
jirrakkontalhom storja
jiftħilhom triq minn fejn jistgħu jaraw ir-realtà mod ieħor.
Irrifletti:
- Fejn irċevejt kumment/storja li għenuk tiskopri xi ħaġa ġdida?

pexels/arina krasnikova: sowing trust.
ii. Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”.
U dak qallu: “Ma rridx”. Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar. Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. “Arani sejjer, sidi,” qallu dan, u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?”. “L-ewwel wieħed”, weġbuh.
Il-missier veru
jibgħat mhux iżomm kontroll
jiżra’ fiduċja, joffri sfida mhux ikebbeb fit-tajjar.
L-iben veru mhux dak li ma jħossx il-biża’
in-nuqqas t’aptit, l-għeluq
imma li ma jħallix dawn is-sentimenti joqtlu fih
il-fiduċja tal-Missier.
Irrifletti:
- X’imexxik f’ħajtek?

pexels/runffwpu: openiing for grace.
iii. U qalilhom Ġesù: “Tassew, ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla. Għax Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx iżda l-pubblikani u n-nisa tat-triq emmnuh; u għalkemm intom rajtu dan kollu, bqajtu sal-aħħar ma biddiltux il-fehma tagħkom, u ma emmintuhx”.
Il-pretensjoni li qed fis-sew
hija ostaklu akbar biex ngħix ir-rieda t’Alla
mill-istess dnub, minn meta ngħidlu “ma rridx”.
Quddiem din il-pretensjoni tagħna
jiġi b’mistoqsija,
“X’jidhrilkom?”;
jiġi b’rivelazzjoni tal-ħniena t’Alla:
“l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla”.
Irrifletti:
- X’inhi l-istedina li qed tirċievi?
3. Missierna