Ikla ta’ ferħ mhux piż li tkaxkar

Niċċelebraw l-Evanġelju tat-tmienja u għoxrin Ħadd.

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

 
Ngħammar f’dar il-Mulej sakemm indum ħaj!

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla  

F’dak iż-żmien, lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.

U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom: “Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġa’ maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa”. Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom. Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered lil dawk il-qattiela, u ħarqilhom il-belt tagħhom.

Imbagħad qal lill-qaddejja tiegħu: “Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta’ min jistedinhom għaliha. Mela morru f’salib it-toroq u sejħu għall-festa lil kull min issibu”. Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajba, u s-sala mtliet bin-nies għall-mejda. Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ; u qallu: “Ħabib, dan kif dħalt hawn m’intix liebes għall-festa?”. Dak tbikkem. Imbagħad is-sultan qal lil dawk li kienu qegħdin iservu: “Orbtulu riġlejh u idejh u waddbuh ’il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien!”. Għax ħafna huma l-imsejħin, imma ftit il-magħżulin!”. Mt 22, 1-14.

pexels/cottonbro: embaced in who we are.

i. F’dak iż-żmien, lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.”

Lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu qalilhom
li s-saltna t’Alla ma tixbahx
lil xi ħadd jiekol waħdu meta jista’ jitma għaxra
grupp ta’ nies bilqiegħda jħarsu (u jiġġudikaw)
persuni jġorru t-toqol u jaraw kif se jżiduh.

Is-Saltna t’Alla tixbaħ festa ta’ mħabba,
nies mistednin għax xi ħadd għandu pjaċir bihom
imħabba li tista’ tiġi rifjutata.

Irrifletti:

  • Kif tara t-triq ta’ Alla?

pexels/peter dyllong: when we prefer our chains.

ii. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom: “Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġa’ maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa”. Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom. Is-sultan inkorla ħafna, u bagħat is-suldati tiegħu, qered lil dawk il-qattiela, u ħarqilhom il-belt tagħhom.

B’xi mod insibu lilna nfusna nirreżistu
stedina, fiduċja, imħabba għal xejn b’xejn:
u nibqa’ ngħix kif kont
nitħabat biex nakkwista valur
inġib fix-xejn kull vuċi li tfakkarni li għandi.

Irrifletti:

  • Liema kelma/stedina laqtitek din il-ġimgħa u ittentat li tħalliha għaddejja?

pexels/eyup can: reaching us in our deepest darkness.

iii. Imbagħad qal lill-qaddejja tiegħu: “Il-festa mħejjija, imma lil dawk ma kienx ta’ min jistedinhom għaliha. Mela morru f’salib it-toroq u sejħu għall-festa lil kull min issibu”. Dawk il-qaddejja ħarġu fit-triqat u ġabru lil kull min sabu, ħżiena u tajba, u s-sala mtliet bin-nies għall-mejda. Mela jidħol is-sultan ħalli jara min kien hemm fuq il-mejda, u hemmhekk lemaħ wieħed li ma kienx liebes għall-festa tat-tieġ …

Il-punt ma kienx jekk intix tajjeb jew le,
imma li tiswa f’għajnejn min stiednek;

il-punt mhux jekk kontx perfett jew le xħin stiednek

imma jekk ħallejtx dik l-istedina tibdlek, jekk irrispondejtx għaliha.

Fuq kollox, li għal dawk li għadhom ‘l bogħod
biex jaċċettaw l-imħabba u jwieġbu għaliha
Ġesù libes il-libsa mhux adatta għat-tieġ
biex jiżra l-istedina fejn hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien.

Irrifletti:

  • Fejn issorprendik Alla bl-imħabba tiegħu? Xi stedina qed jagħmillek?

3. Missierna

TAGS

CATEGORIES

Family Liturgy

Comments are closed