
Id-dlam jirbaħ fuq id-dawl.

pexels/sarvesh sharma: light overcoming darkness.
Niċċelebraw l-Evanġelju tal-ħames Ħadd tal-Għid.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Imbierek ismek għal dejjem, Mulej.
1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu, u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom. Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin. Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom”. (Ġw 13:31-33a,34-35)

pexels/sarvesh sharma: light overcoming darkness.
i. Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla.
Fil-mument li jidher li d-dlam
ser jippenetra u jaħkem kollox –
mill-awtoritajiet fuq barra sa wieħed minn ta’ ġewwa –
Ġesù jikxef il-qawwa u s-sbuħija ta’ Alla,
Dawl minn Dawl,
il-glorja tal-imħabba mogħtija fl-eqqel ċirkustanzi.
Irrifletti:
- Ieqaf ftit fuq is-sbuħija ta’ ġest ta’ mħabba f’ċirkustanzi fejn ma tistennihiex.

pexels/marea pante: let God love in you.
ii. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom. Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin.
Fl-intimità tal-kamra ta’ fuq
fl-intimità tal-aħħar mumenti
fl-intimità tal-ħbiberija
Il-Mulej, li jaf il-limiti tal-fedeltà tiegħi,
jagħtini sehem minn ħajtu.
Il-Mulej, li jissupera d-dlam ta’ barra
bid-dawl ġewwieni etern
jgħidli biex inħobb kif iħobb Hu.
Irrifletti:
- Fejn sibt il-kuraġġ li tħobb minkejja ċ-ċirkustanzi kuntrarji?

pexels/quang nguyen vinh: communion.
iii. Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom”.
Il-fiduċja ta’ Alla fil-bniedem hija bla limitu!
Waqt li jidher l-ħażen qed jinfirex
bnedmin qed jikkonfoffaw biex jeqirdu
u oħrajn jaħarbu bla saħħa
Ġesù iwassal konvinzjoni:
fi grupp ta’ nies li jadottaw stil ta’ mħabba bejniethom
hemm Alla jaħdem
u d-dlam ikompli jintrebaħ –
mhux bil-vjolenza iżda bil-qawwa tal-ġentilezza divina.
Irrifletti:
- Fejn tilmaħ eżempji sbieħ ta’ imħabba ġenwina f’komunità?
3. Missierna