
Tieqa fuq il-qalb t’Alla.
Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Eżaltazzjoni tas-Salib.

pexels/tanya gorelova: treasuring God’s depths.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla.
1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu:
“Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem,
li niżel mis-sema.
U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert,
hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem,
biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.
Għax Alla hekk ħabb lid-dinja
li ta lil Ibnu l-waħdieni,
biex kull min jemmen fih ma jintilifx,
iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.
Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja
biex jagħmel ħaqq mid-dinja,
imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.” (Ġw 3:13-17).
i. U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem, biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.
Fil-qalb t’Alla
mal-kelma “jenħtieġ” ma hemmx
distanza mill-bniedem li ħawwad
kastig jew vendetta
imma presenza li ġġorr
xi ħadd li lest li jerfa’
determinazzjoni li jsib mezz kif jagħti l-ħajja.
Irrifletti:
- Kif timmaġina lil Alla jħares lejk u l-istorja tiegħek?
ii. Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.
L-imħabba t’Alla mhix bil-kalkolu:
m’hemmx xeħħa fiha
ma għandhiex limitu.
Alla jħobb tant
li jagħti dak li hu għażiż
li joffri dak li jsalva żgur
li jassigura mhux falliment iżda l-ħajja ta’ dejjem.
L-imħabba t’Alla mhix poter jew kontroll
iżda interess ġenwin fil-bniedem.
Irrifletti:
- Liema ġest ġeneruż irċevejt (jew wettaqt) li jdewqek il-kobor tal-imħabba t’Alla?

pexels/molochkomolochko: comes down to lift us up.
iii. Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu”
Ma jfittixx kif ser jaqbdek
lanqas id-difetti biex jakkużak
ma jgħidlekx kliem biex itaqqlek u jipparalizzak
imma jersaq qrib
jagħder id-dgħufija tagħna (Lhud 4, 15)
jaħdem magħna biex niftħu triq ‘l quddiem
biex id-dinja ssalva.
Irrifletti:
- Ieqaf ftit quddiem l-imħabba t’Alla li dehret fi Kristu Msallab.
3. Missierna