Social Club – Help Age Caritas M’Skala
Leader : Ms Carmen Debono
Numru tal-Email : debonoc44@hotmail.com
Numru tal-Landline : 27633334 /7763333
Fuq facebook flok jidhru l-informazzjoni ta’ fuq jistghu jibghatu private message.
Il-grupp jismu Social Club Caritas .
Kulhadd mistieden. (Irġiel u nisa)
Niltaqgħu kull nhar ta’ Tlieta.
It-tielet Tlieta tax-xahar tkun ħarġa.
Fil-Lokalita’ ta’ Marsaskala , grazzi għall-għajnuna u inkoraġġiment mogħti mill-Kappillan, wieħed isib bosta gruppi li jservu ta’ għajnuna soċjali, rikrejattiva u spiritwali għal membri tagħhom.
Grupp minn dawn huwa il-Klabb Soċjali fi ħdan il-Help Age Caritas. Il-Grupp jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta fid-9 .30 ta’ fil-ghodu fejn wara li jingħad il-ħsieb spiritwali, jkun hemm kelliema speċjaliżżati mistiedna, li jitkellmu fuq suġġetti varji, b’temi soċjali, spiritwali, fuq is-saħħa u ta’ informazzjoni holistika’, biex l-anzjani kemm jista’ jkun jitgħallmu jgħixu b’mod indipendenti. Dawn is-suġġetti jiġu magħżula mill-membri stess waqt brainstorming fl-ewwel laqgħa, dwar x’jixtiequ li jisimgħu. Dawn it-taħditiet dejjem intlaqgħu tajjeb u mhux l-ewwel darba li l-kelliemi jiġi mitlub jerġa’ jiġi biex ikompli jiżvolġi s-suġġett.
L-Iskop tal-Klabb Soċjali ,hu li jgħaqqad lill-anzjani, għax il-membri jkomplu jitkellmu u jiddiskutu is-suġġett waqt li jieħdu te’ jew kafe u xi ħaġa ta’ l-ikel
Ill-Grupp Help Age, jorganizza xi ħarġiet fejn il-membri u l-ħbieb tagħhom jkunu jistgħu jiltaqgħu u jqattgħu nofs ta’ nhar flimkien. Dawn il-ħarġiet isiru wkoll bi skop li min jattendi barra li jqatta’ nofs ta’ nhar fil-kumpanij ta’ l-oħrajn jingħata tagħrif kemm kulturali kif ukoll soċjali Dawn il-ħarġet jintlaqgħu sew mill-membri għax irreajliżżaw li biex tieħu pjaċir m’hemmx ghalfejn tilgħab biss, it-tombla. Anzi jkun hemm iktar ċans fejn wieħed ikun jista’ jitkellem ma’ ieħor f’ambjent relassanti
Laqgħat speċjali jkunu ppjanati flimkien mal-Caritas -Malta ,Help Age. B’hekk qed issir outreach biex anzjani oħra.
Il-membri kollha japprezzaw ir-rigal żgħir li jingħataw f’għeluq żmienhom u anke għall-Get together li jsir fi żmien il-Milied, l-Għid u f’Ġunju qabel ma jieqfu l-laqgħat għas-sajf.
Hija x-xewqa tal-Kumitat li tinħoloq sistema ta’ trasport, biex min joqgħod il-bogħod ikun jista’ jattendi. Diġa hemm membri li jieħdu ħsieb li jwasslu lill-oħrajn bil-karozza tagħhom. .
Il-Grupp Help Age jħoss li l-anzjan għad fadallu x’joffri. Meta xi membru jħoss li għandu xi talent speċjali li jista’ jaqsam ma’ ħaddieħor, jiġi mħeġġeġ biex jagħmel dan.
PROGRAMM – Social Club Caritas – Marsaskala – Jannar – Marzu 2020
PROGRAMME OCTOBER – DECEMBER 2019
PROGRAMM SOCIAL CLUB CARITAS. April- June 2018
SOCIAL CLUB CARITAS : Programm Ottubru – Diċembru 2015
SOCIAL CLUB CARITAS MARSASKALA jan -mar 2014
Programm Settembru. – Diċembru 2013
Min irid jibda jattendi jista’ jikkuntatja lill-Carmen Debono 27633334 – 77633334
Dan huwa l-programm minn Settembru sa Diċembru.
Settembru:
18 Ħarġa għall-Għawdex. Tluq fis-7.
25 Nibdew il-laqgħat tagħna b’quddiesa. Wara nieħdu gost b’xulxin u naqsmu ma’ xulxin kif qattajna s-sajf.
Ottubru:
2 Taħdita minn Ann Rose Toledo. Ir-Rabja. Kif nistgħu nikkontrolawha?
5 Niċċelebraw Jum L-Anzjan ma’ ċentri oħra fil-knisja tal-Mosta. Dettalji aktar tard.
9 X’servizzi toffri ir-Richmond Foundation?
16 Ħarġa.
23 Taħdita mill-Konsulent Joseph Debono.
30 Taħdita mill-Kappillan
Novembru:
6 Taħdita fuq l-użanzi ta l-imgħoddi minn Vincent Zammit (Historian).
13 Kif nimmaġinaw il-mard kroniku? Tahdita minn Dr. Mariella Borg Buontempo.
20 Ħarġa.
27 Taħdita minn Mary Grace Cassar. Health Promotion Unit.
Diċembru:
4 Bil-liġi: Kif irridu nqassmu u narmu l-iskart taghna . Tahdita minn membru tal-WasteServe.
11 Ftit eżerċizzi Thai Xi u taħdita minn Michael Micallef (Chinese Medicine)
18 Party għall-membri u xi mistiedna speċjali.
Carmen Debono
77633334