Tin nej.

Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla   

Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli u qalilhom: “Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu ħdejha; ħolluhom u ġibuhomli. Jekk xi ħadd jgħidilkom xi ħaġa, weġbuh: “Il-Mulej jeħtieġhom, u malajr jerġa’ jibgħathom lura””.

Dan ġara biex iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal: “Għidu lil bint Sijon: “Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek, ġwejjed, riekeb fuq ħmara u fuq felu, ferħ ta’ bhima tat-tagħbija””.
Id-dixxipli marru u għamlu kif ordnalhom Ġesù; ġiebu l-ħmara u l-felu, qiegħdu fuqhom l-imnatar tagħhom, u hu qagħad fuqhom.

Għadd kbir ta’ nies firxu l-imnatar tagħhom fit-triq, waqt li oħrajn qatgħu xi friegħi mis-siġar u ferrxuhom mat-triq. Il-folol li kienu miexja quddiem u dawk li kienu miexja wara bdew jgħajtu u jgħidu: “Hosanna lil Bin David! Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet!”.
Meta mbagħad daħal Ġerusalemm, il-belt kollha tqanqlet u n-nies bdew jgħidu: “Dan min hu?” U l-folol weġbuhom: “Dan hu l-profeta Ġesù minn Nażaret tal-Galilija”. Mt 21, 1-11

pexels/marceloverfe: God’s secret ingredients revealed.

i. Xħin waslu qrib Ġerusalemm u ġew quddiem Betfaġe lejn l-Għolja taż-Żebbuġ, Ġesù bagħat żewġ dixxipli u qalilhom: “Aslu sar-raħal biswitkom; u minnufih issibu ħmara marbuta u felu ħdejha; ħolluhom u ġibuhomli. Jekk xi ħadd jgħidilkom xi ħaġa, weġbuh: “Il-Mulej jeħtieġhom, u malajr jerġa’ jibgħathom lura””..

Jasal quddiem Betfaġe
Ir-raħal “tat-tin nej”

Isir il-post tal-ġudizzju
fuq poplu li mhux qed jagħti frott spiritwali

Isir il-post minn fejn jiftaħ triq ġdida
li twassal għall-frott bnin tas-salvazzjoni.

Irrifletti:

  • Liema frott mistieden tagħti?

pexels/lovetosmile: learn from me for I am gentle and humble in heart.

ii. Dan ġara biex iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta, meta qal: “Għidu lil bint Sijon: “Ara, is-Sultan tiegħek ġej għandek, ġwejjed, riekeb fuq ħmara u fuq felu, ferħ ta’ bhima tat-tagħbija””..

Kien qalilna:
“tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli,
u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom.” (Mt 11, 29)

Imma Ġesù mhux kliem biss!
Il-frott bnin ma jsirx bil-vjolenza tan-nuqqas ta’ sabar
imma bil-paċenzja u t-tjubija determinata t’Alla.

Irrifletti:

  • X’imexxik fl-għażliet konkreti li tagħmel?  Is-saħħa tad-dinja jew il-qalb ħelwa u umli ta’ Kristu?

pexels/entry into Jerusalem: the way to fruitfulness.

iii. Għadd kbir ta’ nies firxu l-imnatar tagħhom fit-triq, waqt li oħrajn qatgħu xi friegħi mis-siġar u ferrxuhom mat-triq. Il-folol li kienu miexja quddiem u dawk li kienu miexja wara bdew jgħajtu u jgħidu: “Hosanna lil Bin David! Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! Hosanna fl-ogħla tas-smewwiet!”.

Meta mbagħad daħal Ġerusalemm, il-belt kollha tqanqlet u n-nies bdew jgħidu: “Dan min hu?” U l-folol weġbuhom: “Dan hu l-profeta Ġesù minn Nażaret tal-Galilija”.

Tħallix id-daħla umli tiegħu
tqarraq bik!

Kompli staqsi: Dan min hu?
Kompli ħallih jaffaxxinak.
Ixxennaq għall-frott bnin li jixtieq iwasslek għalih.

Forsi taħseb li ma jista’ joħroġ xejn tajjeb min-Nazaret.
Forsi qtajt qalbek li jista’ joħroġ xi ħaġa tajba f’ħajtek,
fil-ħajja ta’ dawk qrib, fiċ-ċirkustanzi normali li jimmarkaw id-dinja.

Imma ibqa’ staqsi: Dan min hu?
Ibqa’ ħallih jissorprendik!

Irrifletti:

  • Ieqaf ftit quddiem il-persuna ta’ Ġesù ta’ Nazaret, ta’ qalb ħelwa u umli. X’titolbu?

3. Missierna  

TAGS

CATEGORIES

Family Liturgy

Comments are closed