Kummissjoni Djakonija
Għan tal-Kummissjoni:
“Il-ħidma tal-knisja għall-ġustizzja għandha tkun dejjem imsieħba b’atti ta’ qadi konkret lil min hu fil-bżonn. Dawn is-servizzi għandhom il-bażi tagħhom f’Dak li ġie “mhux biex ikun moqdi imma biex jaqdi u jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra” (Mk 10,45). Għal Ġesù ma kien hemm l-ebda firda bejn ħajtu u tagħlimu: għalih il-fejqan u l-għajnuna huma parti integrali mit-tħabbir tal-Bxara t-Tajba, tal-evanġelizzazzjoni (Mt 11, 1-6; Lq 9 1-2, 6).
Id-Djakonija hija evanġelizzazzjoni mmirata li tilħaq lil kullħadd u mhux biss lin-nies qrib tagħna. Kull nisrani hu msejjaħ biex jixbaħ aktar lil Kristu, kif ukoll biex f’kull ħin jara lil Kristu f’kull persuna fil-bżonn. Minħabba li s-servizz li tagħti l-Knisja huwa l-wirt ta’ wiċċ Kristu l-Feddej, dan jitfa’ responsabbilità fuq l-għażla u l-kwalità tas-servizzi li nagħtu”.
(Mid-Dokument tas-Sinodu Djocesan – Djakonija u Ġustizzja paragrafu 23)L-Erbgħa 7 ta’ Frar 2018 fis-7:30pm tiltaqa’ l-Kummissjoni Djakonija fis-Sala Sant’Anna.
Link għall-website The Church in Malta – Wied il-Għajn