Grupp Armar tal-Festa

 

Il-Grupp ifforma ruħu fis-sena 2015, bl-għan ewlieni li jieħu ħsieb l-armar tal-festa u funzjonijiet oħra li l-parroċċa ikollha minn żmien għal żmien. Dan il-grupp beda jaħdem qatieħ sabiex issir ir-riorganizzazzjoni li kien ħemm bżonn fil-qasam tal-armar fostħom it-tħaffir ta’ toqob u kapep ġodda għall-arbli tal-festa, manutenzjoni t’arbli li kienu msadda jew spiċċuti u kif wkoll bdil ta’ ventijiet fuq sistema stainless steel sabiex tipproteġi l-propjetà tan-nies u li ma tagħmel l-ebda ħsara lill-faccati tan-nies.

Dan ix-xogħol sar sabiex l-armar ikun konformi mas-saħħa u s-sigurtà tan-nies, hekk kif ir-raħal tagħna hu espost għall-baħar u dan jagħmel ħafna ħsara fosthom dik tas-sadid.

Il-Policy tal-Grupp hija li jara t-toroq tal-purċissjoni armati denjament bl-arti sagra fosthom diversi xeni mill-isbaħ li jesponu l-ħajja tal-qaddisa patruna tagħna Sant’Anna. Bħala għan soċjali l-gurpp jixtieq jiġbor aktar żgħażagħ mit-toroq tagħna jilqaħhom f’post diċenti fejn jistgħu jaħdmu u jitrawmu fuq dan il-qasam importanti tal-armar. Il-Grupp ma jagħmilx esaġerazzjonijiet iżda dak li hemm bżonn isir u li kull ħaġa ssir taħt id-direzzjoni tal-kleru u l-kappillan tal-parroċċa.

il-Grupp jixtieq jegħleb l-ikbar sfida li għandu quddiemu fejn finalment timmaterjaliżża l-ħolma ta’ ħafna snin li l-armar ikun maħżun f’post tajjeb sabiex ma ssirlux ħsara. Tigi frankata l-manutenzjoni żejda li sfortutnatment qed inabgħtu fil-preżent kawża tal-ħsara li qed issir u li dawn il-flus jiġu investiti b’mod għaqli fi proġetti oħra ta’ fejda.

Il-Grupp jorganizza diversi attivitajiet sabiex jinġabru l-finanzi meħtieġa biex tiġi koperta l-ispiża fuq l-Armar. Numru ta’ benefatturi ġenerużi jagħtu minn qalbhom u jkunu minn ta’ quddiem sabiex jirregalaw l-oppri bħal pavaljuni u pitturi lill-istess Grupp. Il-Finanzi tal-Grupp ikunu wkoll taħt skrutinju minn awditur professjonali f’dan il-qasam sabiex nassiguraw li kollox isir kif suppost u bil-għaqal.

Fi zmien fejn il-volontarjat dejjem ikompli jonqos ser nagħmlu ħilitna kollha sabiex inkomplu nattiraw aktar żgħażagħ li lesti joffru mill-ħin tagħhom għall-ġid ta’ din il-parrocca u komunità.

Il-Ħamis, 23 ta’Jannar 2018 il-Grupp tal-Armar tal-Parroċċa  ser jorganizza Coffee Morning.

Link għall-website The Church in Malta – Wied il-Għajn

 

Our Groups

At Youths Marsaskala we engage young people in the life of the Church through retreats, events, and leadership opportunities. Based at Villa Apap Bologna, we provides a space where young people can encounter Christ, grow in faith, and build lasting friendships.

Nexus 2013-2014 - Tuesdays, 6:45pm - 8:15pm
Logos 2011-2012 - Wednesdays, 6:45pm - 8:30pm
Roots 2009-2010 - Thursdays, 7:30pm - 9:00pm
YM 18-25 years - Fridays, 7:30pm - 10:00pm

Programs & opportunities

Our programs and opportunities are designed to engage young people in meaningful ways, offering them a chance to deepen their faith and develop leadership skills.

We offer retreats, team-building sessions, catechesis, leadership preparation, youth exchanges, missionary experiences, and more!

Upcoming events...

Live-in: Connect 2026
20 - 22 November

Talent Show - YM Staged
IMonday 28th December 2026

Lejla Żgħażagħ- Festa Sant' Anna
Wednesday 21st July 2027