3 rigali qabel tal-Maġi

3 rigali qabel tal-Maġi

Niċċelebraw il-Familja Mqaddsa


Preparazzjoni:
Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju.


Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.

Nieqaf quddiem Alla:

Ftaħru bl-isem qaddis tiegħu;
tifraħ il-qalb ta’ dawk li jfittxu l-Mulej.
Ħabirku biex tagħrfu l-Mulej u l-qawwa tiegħu,
fittxu ’l wiċċu l-ħin kollu.

(Salm 104)


L-Evanġelju

Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla

Qari mill-Evanġelju skond San Luqa

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mose, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej. (…) Meta temmew kulma kellhom jagħmlu skont il-liġi tal-Mulej reġgħu lura lejn il-Galilija fil-belt tagħhom ta’ Nazaret.

U t-tifel baqa’ jikber u jissaħħaħ, mimli bl-għerf. U l-grazzja ta’ Alla kienet fuqu.

(Luqa 1, 26-38)


Riflessjoni u talba:

Bħalma artist li jagħtina perspettiva ġdida fuq l-oġġett li jpinġi, hekk il-presenza ta’ Ġesù fi ħdan il-familja tgħinna napprezzaw dak li ngħixu.

Ħaduh Ġerusalemm … skont il-Liġi


Il-libertà ta’ Alla m’hijiex li kull darba jivvinta kollox mill-ġdid.
Ġesù kien dak li qal: “mhux il-bniedem għas-Sibt iżda s-Sibt għall-bniedem”.

Dan seta’ jagħmlu għax l-ewwel sab familja li għenitu
japprezza r-ritwali li jdaħħluh parti minn poplu (skont il-Liġi ta’ Mosè),
japprezza l-aspett sagru tal-ħajja (f’Ġerusalemm, fit-tempju),
japprezza is-sens ta’ ġenerożità u libertà interjuri ta’ ġenituri li ippreżentawh lill-Mulej (il-Liġi tal-Mulej).

Irrifletti:

  • Liema drawwiet fil-familja għinuk tħossok parti minn poplu? Għinuk tgħix ħajja m’Alla – ritmu ta’ talb, żmien liturġiku, festi …
  • Liema drawwiet jgħinuna nibnu l-ħajja fuq il-fiduċja u mhux fuq il-kontroll.
  • X’jgħinu l-familja tiegħek iżżomm tieqa miftuħa fuq il-meravilja tal-ħajja?

ii. Nazaret: il-belt tagħhom

Il-libertà tikber meta hemm għeruq b’saħħithom. Ġesù, dak li ġie biex jittrasforma d-dinja kollha, għamel 30 sena minn ħajtu (33) jgħix ġo raħal: Nazaret. Jaf l-isem ta’ kull ġebla tal-madwar, jitkellem bl-aċċent tal-post, jaqbad mill-ewwel ċajta tajba filwaqt li kapaċi jgħaddi ħin twil fil-kċina meta ma jkunx baqgħalna xi ngħidu jew inqala xi saram. Minn dawk l-għeruq niseġ l-isbaħ stejjer li baqgħu ikellmuna f’kull żmien, f’kull post fid-dinja, fuq dak li hu etern! Mur armi dak li tagħti l-familja meta toffri l-għeruq!

Irrifletti

  • Liema hu n-Nazaret tiegħek?
  • Fejn mistieden tniżżel l-għeruq tiegħek?


iii. Baqa’ jikber …

Ġesù, li hu l-bniedem perfett, Alla li sar bniedem, jikber … baqa’ jikber … fi ħdan familja. Hemm perfezzjoni li jesprimi fit-tfulija, perfezzjoni li jesprimi fil-mistoqsijiet u t-tfittxija bħala żagħżugħ, perfezzjoni fil-missjoni bħala adult. Imma baqa’ jikber.

Il-familja tindokra l-fażijiet differenti, tiffaċilita li wieħed jibqa’ jikber, mingħajr ma’ tgħaġġel il-proċess.

Irrifletti:

  • Fejn mistieden tkompli tikber?

Isolated life cycle of Tawny Rajah butterfly with caterpillar and chrysalis

The butterfly (Nikos Kazantzakis)

I remember one morning when I discovered a cocoon in the back of a tree just as a butterfly was making a hole in its case and preparing to come out. I waited awhile, but it was too long appearing and I was impatient. I bent over it and breathed on it to warm it. I warmed it as quickly as I could and the miracle began to happen before my eyes, faster than life. The case opened; the butterfly started slowly crawling out, and I shall never forget my horror when I saw how its wings were folded back and crumpled; the wretched butterfly tried with its whole trembling body to unfold them. Bending over it, I tried to help it with my breath, in vain.

It needed to be hatched out patiently and the unfolding of the wings should be a gradual process in the sun. Now it was too late. My breath had forced the butterfly to appear all crumpled, before its time. It struggled desperately and, a few seconds later, died in the palm of my hand.

That little body is, I do believe, the greatest weight I have on my conscience. For I realize today that it is a mortal sin to violate the great laws of nature. We should not hurry, we should not be impatient, but we should confidently obey the external rhythm.


Nitolbu l-Missierna flimkien

Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu,

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, għal dejjem ta’ dejjem.

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Ammen

Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.

Comments are closed.