AVVIŻI – 25 ta’ April 2021

AVVIŻI – 25 ta’ April 2021

L-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 25 ta’ April sat-2 ta’ Mejju 2021:

1. Ħin tal-Quddies fil-Parroċċa tagħna

Il-ħin tal-quddies huwa fis-6.30am, fit-8.00am, fid-9.15am, fl-10.30am bl-Ingliz, fil-11.30am u fis-6.00pm. Il-Quddies matul il-ġimgħa jkun fis-7.00am, fit-7.45am u fis-6.30pm.


2. L-Ewwel Qrara għat-tfal li jattendu l-Museum tal-Bniet

Il-Ħamis 29 ta’ April 2021 ser issir l-Ewwel Qrara għat-tfal li jattendu l-Museum tal-Bniet.
L-Ewwel Qrara ser ssir fil-Knisja Parrokkjali fl-4.30pm u l-ġenituri jiġu għat-tfal fil-5.20pm. Għal dawn il-laqgħat ser jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji relatati mal-Covid.


3. San Ġużepp Ħaddiem

Is-Sibt 1 ta’ Mejju 2021 hija l-Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem. Il-Quddies ikun bħal dak ta’ nhar ta’ Sibt.


4. Ilma Imbierek

Minħabba s-sitwazzjoni preżenti, it-tberik tal-familji din is-sena mhux possibli li jsir. Għalhekk bħala parroċċa wara l-quddiesa qed inqasmu l-ilma imbierek u santa bit-talba biex tingħad fil-familja.


5. Il-Karus ta’ Mħabba

Infakkru lit-tfal li għandhom il-Karus ta’ Mħabba b’risq it-tfal fil-bżonn, biex iġibuh magħhom il-knisja u jpoġġuh fil-qfief li hemm quddiem l-artal.


6. Ġabra għas-Seminarju
Illum il-ġbir tal-Quddies se jkun għas-Seminarju tal-Arċisqof. Id-donazzjonijiet li aħna nagħtu lis-Seminarju jmorru biex is-saċerdoti li jieħdu ħsieb lis-seminaristi jagħtu l-aħjar formazzjoni liż-żgħażagħ li qed iwieġbu għas-sejħa li qed jagħmlilhom Ġesù. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.


7. Proġett 75 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa

Fl-2024, il-Parroċċa ta’ Wied il-Għajn se tkun qed tfakkar il-75 sena mit-twaqqif tagħha. Bħala Parroċċa se nkunu qed niċċelebraw dan l-avveniment bi proġett komunitarju u bil-pubblikazzjoni ta’ ktieb, li jkollu wkoll l-għan li jiddokumenta dan il-proċess.

L-għan ta’ dan il-proġett hu li niskopru mill-ġdid x’jagħmel lil Wied il-Għajn dak li hu, kif l-istejjer tal-art u tan-nies li joqogħdu fiha ntagħġnu flimkien, bit-tama li l-istorja ta’ Wied il-Għajn tkun apprezzata, mgħożża u mgħoddija lil ġenerazzjonijiet futuri ta’ Skalin.

Jekk tixtieq tagħmel parti minn dan il-proġett, nitolbuk timla’ dan il-kwestjonarju: http://marsaskalaparish.org/progett75 jew tieħu karta mis-sagristija.

Barra minn hekk, jekk għandek xi ritratti antiki ta’ Wied il-Għajn u li jistgħu jkunu murija f’esebizzjoni u/jew ikunu pubblikati fil-ktieb, nitolbukom tkellmu lil xi ħadd minna s-saċerdoti.

Comments are closed.