U hekk baqa’ jikber …
Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Familja Mqaddsa
Preparazzjoni:
Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju.
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.
Henjin dawk li jgħammru f’darek, Mulej.
L-Evanġelju
Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh.
Wara tlitt ijiem sabuh fit-tempju, bilqiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom; u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu. Kif rawh, instamtu, u ommu qaltlu: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma”. U hu qalilhom: “U għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?”. Iżda kliemu ma fehmuhx.
Imbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nażaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha. U hekk Ġesù baqa’ jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.
(Lq 2, 41-52)
Riflessjoni u talba:
i. Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid marret tħaffef … sellmet
“U HEKK Ġesù baqa’ jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja,
quddiem Alla u quddiem il-bnedmin. Ġwanni.”
Fir-ritmu regolari,
fid-drawwiet,
jimxi man-nies,
jisma’ l-istejjer.
Ritmu ta’ poplu, ritmu ta’ talb,
japprezza l-għeruq,
jinfetaħ għal dak li hu lil hinn.
Irrifletti
- Liema drawwiet huma importanti f’ħajtek? Liema tlift? Personali jew ta’ poplu?
ii. Meta kellu tnax-il sena …
Hekk baqa’ jikber …
fir-ritmu tas-snin.
fl-isfidi li jmorru mal-età:
ta’ tnax-il sena jħaddem il-kapaċità li jikkunsidra opinjonijiet differenti (jismagħhom)
il-ħila tal-investigazzjoni, l-esplorazzjoni, li joffri sfida (jistaqsihom),
il-kapaċità li joħlom, li jkun hu,
li jidħol mhux fi storja ċkejkna u medjokri iżda fi storja kbira u wiesgħa:
“Jenħtieġli nkun f’dak li hu ta’ Missieri”.
Irrifletti
- Liema sfida tmexxik bħalissa?
iii. Imbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nażaret; u kien jobdihom. U ommu kienet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha.
Hekk baqa’ jikber …
ma’ l-oħrajn u mhux waħdu (magħhom)
fil-villaġġ konkret anke jekk insinifikanti u mhux fl-astratt tal-ideat idilliċi li jeżistu biss fil-moħħ (Nażaret);
billi ma jaħrabx mir-realtà u ma jippretendi li kollox idur miegħu (kien jobdihom);
fil-presenza ta’ nies ta’ stoffa li mhumiex superfiċjali,
li jinżlu fil-fond tar-realtà, anke dak li ma jifhmuhiex,
u “jgħożżu fil-qalb” sakemm jiskopru il-presenza t’Alla,
fil-ġrajjiet
fil-post li jidher insinifikanti.
Issa ma hemm l-ebda rokna li tirċevix valur
għax Alla hemm għadu jinżel u jikber u jiftaħ xefaq ġdid:
fir-relazzjonijiet, kriżijiet, ġrajjiet tal-familja (iż-żgħira u l-kbira)!
Irrifletti
- Din il-ġrajja kif tagħti dawl fuq il-ġrajjiet tiegħek? Kif tgħinek tapprezza l-familja b’mod ġdid?
Nitolbu l-Missierna flimkien
Glorja lill-Missier,
u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu,
kif kien mill-bidu,
issa u dejjem,
jibqa’ għal dejjem,
ta’ dejjem,
Ammen.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen
Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.