Id-dubju u lil hinn minnu!
Niċċelebraw l-Evanġelju tas-7 Ħadd tal-Għid
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.
Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ.
L-Evanġelju
Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien”.
(Mt 28, 16-20)
Riflessjoni u talba:
i. Il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù.
Issa ħdax mhux tnax!
Falliment?
Lura lejn il-Galilija
minn fejn kien beda kollox!
Tgħid jistgħu jerġgħu jibdew?
Marru fuq il-muntanja
li wrihom Ġesù!
Tgħid jerġa jgħidilhom: “Ħenjin il-fqar fl-ispirtu”?
Irrifletti
- Fejn issibha diffiċli terġa tibda?
ii. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw.
Inxteħtu quddiemu –
Dak li qak li deher li imbela mid-dlam –
“qam kif kien qal”
“ilbiesu abjad bħad-dawl”
“wiċċu sar jiddi bħax-xemx!”
Imma xi wħud iddubitaw!
Minn xhiex?
Minnu?
Minnhom infushom?
Minn xulxin?
Imma xorta inxteħtu quddiemu!
Irrifletti
- Liema dubju ġġorr? Xi tfisser li tinxteħet quddiemU?
iii. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien”
Elfejn sena wara qegħdin hawn
bil-fallimenti
bid-dubji
fqar!
imma
inqanqlu passi ta’ kuraġġ
inwasslu persuni f’Alla
nispiraw stili ta’ ħajja mibnija fuq l-Evanġelju!
Nibqgħu fqar
imma waħedna qatt!
Irrifletti
- Isma’ l-fiduċja li qed jiżra’ fik il-Mulej Irxoxt.
Nitolbu l-Missierna flimkien
Glorja lill-Missier,
u lill-Iben,
u lill-Ispirtu s-Santu,
kif kien mill-bidu,
issa u dejjem,
jibqa’ għal dejjem,
ta’ dejjem,
Ammen.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Ammen
Ħajr lil Fr Jimmy Bonnici għar-riflessjoni.