AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
1 ta’ Novembru 2020 Is-Seminarista Gylan CamilleriIl-Ħadd 1 ta’ Novembru 2020, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:30am, Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta ser jilqa’ tliet seminaristi bħala kandidati għas-saċerdozju, fosthom lis-Seminarista Gylan Camilleri mill-Parroċċa tagħna. Nawgurawlu u nitolbu għalih. Aqra aktar hawn: https://knisja.mt/tliet-kandidati-godda-ghas-sacerdozju-2/ Tifkira tal-Mejtin KollhaIt-Tnejn 2 ta’ Novembru 2020 hija t-tifkira tal-għeżież tagħna mejtin. Il-Quddies ikun kull nofs siegħa mis-6:30am sat-8:30am. Filgħaxija jkollna tas-6:00pm, wara adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u fis-7:30pm quddiesa għall-mejtin kollha li mietu matul…