Erġajna weħilna?
Niċċelebraw Ħadd il-Għid Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Il-ġebla li warrbu l-bennejjasaret il-ġebla tax-xewka.Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan:ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna.(Salm 117) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Mark Meta għadda s-Sibt, Marija ta’ Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom. U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn il-qabar. U bdew jgħidu lil xulxin: “Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla…