Twieqi fuq l-Eternità. Niċċelebraw il-qaddisin kollha.
F’din ir-riflessjoni fuq il-beatitudnijiet qed nuża dawn ir-ritratti tal-artist Petr Vaclavek mis-serje tiegħu Dubanci (Acorn elves). Preparazzjoni: Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, stampa jew memorja ta’ qaddis Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu Infittxu dak li hu sabiħ, tajjeb, qaddis: Tal-Mulej hi l-art u kulma fiha,id-dinja u kulma jgħix fiha.Għax hu fuq l-ibħra waqqafha,u fuq ix-xmajjar wettaqha. Min jista’ jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej,min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,min ma tax ruħu għall-frugħa. (Salm 23) 1. Niftħu qalbna għall-Kelma…