Browsed by
Tag: choice

Terapija tal-qalb.

Terapija tal-qalb.

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu jdejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż. Mela, il-Fariżej u l-kittieba staqsewh: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek ma jġibux ruħhom skont it-tradizzjoni ta’ missirijiethom, imma jieklu b’idejhom mhumiex indaf?”.

Alla saqajh mal-art

Alla saqajh mal-art

Mument ta’ talb: It-Tlieta u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena A Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Ħadd: perspettiva Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, mument ta’ silenzju Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. F’qalbi hemm protesta kontra l-ħażen: Mulej, min jgħammar fid-dar tiegħek?Min joqgħod fuq l-għolja mqaddsa tiegħek?Min jgħix bla ħtija u jagħmel it-tajjeb,min jgħid is-sewwa f’qalbu;min ma jqassasx bi lsienu,ma jagħmilx deni lil ġaru,u ma jgħajjarx lil għajru;min ma jistmax lill-bniedem ħażin,imma jweġġaħ lil dawk li jibżgħu mill-Mulej;min iwiegħed u jżomm…

Read More Read More