Issibu mistrieħ għal ruħkom
Mument ta’ talb: L-Erbatax-il Ħadd Matul is-Sena A Niċċelebraw il-Vanġelu fin-normalità: mistrieħ Preparazzjoni: Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, simbolu taż-żmien ta’ mistrieħ Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nistrieħu f’Alla bħal tarbija f’ħoġor ommha: Mulej, ma tkabbritx qalbi,anqas ma ntrefgħu għajnejja;jien ma ġrejtx wara ħwejjeġ kbar,jew wara ħwejjeġ ogħla minni.Imma żammejt ruħi fis-skiet u l-mistrieħ,bħal tarbija f’ħoġor ommha;bħal tarbija miftuma,hekk hi ruħi ġewwa fija.Ittama, Iżrael, fil-Mulej, minn issa u għal dejjem!(Salm 131) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari…