Ma stennejthiex minnu!
Mument ta’ talb: Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd Matul is-Sena A Niċċelebraw l-Evanġelju tal-Ħadd Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, mument ta’ silenzju Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Kultant lil Alla ma nifhmux: Inti qlajt dielja mill-Eġittu,warrabt il-ġnus biex tħawwel lilha.Meddet sal-baħar il-friegħi tagħha,sax-xmara ż-żraġen tagħha. Għaliex, mela, ġarraft il-ħitan tagħha,u kull min jgħaddi jqaċċat minnha? … Erġa’ ejja, Alla tal-eżerċti;ħares mis-sema, u ara,u żur ’il din id-dielja.Ħu ħsieb dak li ħawlet lemintek,ir-rimja li int kabbart għalik. (Salm…