Ibqa’ miexi!
Niċċelebraw l-24 Ħadd matul is-sena Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Jien nimxi quddiem il-Mulej f’art il-ħajjin (Salm 114) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skont San Mark F’dak iż-żmien, telaq Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu lejn l-irħula ta’ Ċesarija ta’ Filippu. Huma u mexjin, lid-dixxipli tiegħu għamlilhom din il-mistoqsija: “Min jgħidu n-nies li jien?”. Weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, wieħed mill-profeti”. Staqsiehom: “Imma intom, min tgħidu…