Alla moħbi f’żerriegħa?
Niċċelebraw l-Evanġelju tal-ħames Ħadd tar-Randan Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nidħol fil-presenza ta’ Alla b’dan il-kliem: Oħloq fija qalb safja, o Alla,u spirtu qawwi ġedded fija. (Salm 51) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann F’dak iż-żmien, fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù”. Filippu…