Ħamis ix-Xirka – Mument ta’ Talb fid-dar
Agħfas hawn biex issegwi LIVE: Fl-isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen. Innu tal-Bidu Agħti, lsien, l-ogħla foħrija, għax jifdina b’ġismu ried u għalina jxerred demmu dak li jsaltan fis-smewwiet: demm imnissel ġewwa l-maqdes ta’ ġuf l-omm ta’ l-ommijiet. Lilna mogħti, lilna mwieled minn omm xebba bla mittiefsa; hu bħal bniedem għoġbu jgħammar, jiżra s-sewwa fina ried; sakemm, fl-aħħar, ħajtu fostna temm fost l-ogħla għeġubijiet. Tul il-lejl ta’ l-aħħar ċena qagħad flimkien mal-magħżulin; magħhom kiel biex radd l-għemejjel skond…