AVVIŻI – 31 ta’ Jannar 2021
Ara l-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 31 ta’ Jannar sas-7 ta’ Frar 2021
Ara l-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 31 ta’ Jannar sas-7 ta’ Frar 2021
F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.
Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: il-Qaddis ta’ Alla!”.
Niċċelebraw l-Evanġelju tat-Tielet Ħadd tas-sena Preparazzjoni:Ipprepara ħin u post għat-talb: xemgħa, Bibbja, silenzju. Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Nidħol fil-presenza ta’ Alla b’sens ta’ gratitudni: Triqatek, Mulej, għarrafni,il-mogħdijiet tiegħek għallimni.Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni,għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi. (Salm 24) L-Evanġelju Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla Qari mill-Evanġelju skond San Mark Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”.Waqt li kien…