AVVIŻI – 17 ta’ Jannar 2021
L-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 17 sal-24 ta’ Jannar 2021:
1. Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara 2021
Bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar 2021 hija Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara. Il-Ħamis 21 ta’ Jannar 2021, l-adorazzjoni ta’ wara l-quddiesa tas-6.00pm ser tkun talb għall-Għaqda fost l-Insara.
https://knisja.mt/gimgha-ta-talb-ghall-ghaqda-fost-l-insara-2021/
2. Adorazzjoni tal-Ħniena Divina
It-Tnejn 25 ta’ Jannar 2021 wara l-quddiesa tas-6:00pm jkollna l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.
3. San Ġużepp jgħallimna kif nipproteġu lil xulxin
Vlogg tal-Arċisqof: San Ġużepp jgħallimna kif nipproteġu lil xulxin.
Ara hawn:
https://youtu.be/PYB8ejQwAFY
4. Nieħdu ħsieb is-saħħa ta’ xulxin.
Nota li rċevejna mill-Kurja tal-Arċisqof, tinfurmana li l-Q.T. il-Papa Franġisku jħeġġeġ lill-Insara kollha biex jieħdu l-vaċċin kontra l-Covid-19 kif għamel hu stess ftit tal-jiem ilu.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa jixtiequ jfakkru li fil-jiem li ġejjin, l-anzjani se jirċevu ittra b’appuntament għall-vaċċin. L-anzjani kollha huma mħeġġa jattendu għall-appuntament. Min ma jridx jieħu l-vaċċin għandu javża lill-istess Awtoritajiet.