AVVIŻI – 3 ta’ Jannar 2021
L-avviżi tal-parroċċa għal matul din il-ġimgħa 3 sal-10 ta’ Jannar 2021:
1. Għoti tal-Ministeru tal-Akkolitat lis-Seminarista Jean Claude Attard u tal-Ministeru tal-Lettorat lis-Seminarista Gylan Camilleri

Il-Ħadd 3 ta’ Jannar 2021, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fid-9:30am, is-Seminarista Jean Claude Attard ser jiġi istitwit bħala akkolitu u s-Seminarista Gylan Camilleri ser jiġi istitwit bħala lettur minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.
Segwi ċ-ċelebrazzjoni LIVE:
https://youtu.be/ii_eO-oNFAg
2. Laqgħa għaż-Żgħażagħ bejn it-18 u l-25 sena

It-Tnejn 11 ta’ Jannar 2021 fit-8.00pm laqgħa fis-Sala Sant’Anna għaż-żgħażagħ bejn it-18 u l-25 sena.
Event:
https://fb.me/e/13DiYEqpN
3. Fuljett Flimkien – Jannar 2021

Agħfas hawn👇 biex taqra il-Flimkien ta’ Jannar 2021.
https://laikosorg.files.wordpress.com/2020/12/flimkien-jannar-2021-2.pdf