Ejjew nagħmlu ragħaj

Ejjew nagħmlu ragħaj

Għeżież tfal,

Nhar il-Ħadd li ġej ser niċċelebraw il-Ħadd tar-Ragħaj it-Tajjeb u Jum il-Vokazzjonijiet.

Għalhekk qed nistednukom sabiex tagħmlu dan il-kraft tar-ragħaj sabiex nhar il-Ħadd inpoġġuh quddiem l-artal fejn niftakru li Ġesù huwa r-Ragħaj il-kbir tagħna li jħobbna u jieħu ħsibna. Nitolbu ukoll għal persuni li Ġesù qed isejjħilhom sabiex ikunu bħalu ragħajja tajba sabiex jieħdu ħsieb lin-nies ta’ Ġesù fil-knisja. Ser intellgħu xi ħaġa sabiħa lil dawk li jġibu lir-ragħaj tagħhom magħhom!
Niltaqgħu nhar il-Ħadd għall-quddiesa tad-9.15am!

Kunu mberkin!

Gylan Camilleri
Seminarista

❗ Kull nhar ta’ Ħadd niltaqgħu għall-quddiesa tat-tfal u l-familji li tibda fid-9:15am. Narawkom!

Craft: Ir-Ragħaj it-Tajjeb

Affarijiet meħtieġa:

  • Toilet paper roll
  • Marker biex tpinġi wiċċ ir-ragħaj
  • Pipe cleaner jew inkella straw li titwaħħal mar-ragħaj b’biċċa drapp li tiġi bħala faxxa wkoll
  • Karta kulur li tixtieq u kolla biex twaħħalha mat-toilet paper roll
  • Biċċa drapp biex tintuża għal fuq xagħar ir-ragħaj u lasktu biex id-drapp iżomm mar-roll.

Tinsiex tikteb ismek fuq wara tar-ragħaj!

Videos fuq Ġesu’ ir-Ragħaj it-Tajjeb:

Hawn tistgħu taraw dawn il-videos fuq Ġesu’ ir-ragħaj tagħna li jieħu ħsiebna nagħaġ tiegħu.

Vidjo qasir (3:20)

Vidjo itwal (26:15)

Comments are closed.