
Tħobb bħal Alla.

Niċċelebraw l-Evanġelju tat-tnejn u għoxrin Ħadd.
Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu
Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi.
1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla
F’dak iż-żmien, Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.
Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!”. Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m’intix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla, imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem li int!”.
Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha. Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien ma’ l-anġli tiegħu, u mbagħad irodd lil kull wieħed skond ma wieħed ikun għamel”. Mt 16, 21-27

pexels/tasveere byqusai: to give oneself without fear.
i. F’dak iż-żmien, Ġesù beda juri lid-dixxipli tiegħu li kien meħtieġ għalih li jmur Ġerusalemm, isofri ħafna mix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.
Ġesù ma jirtirax mill-ħajja
ma jerġax lura milli jkun il-Kristu, il-Midluk, is-Sultan
jagħżel li jmur Ġerusalem.
Imma jagħraf ukoll kif għandu jidħol:
mhux bħala dak li jabbuża mill-poter
imma bil-passjoni ta’ min iħobb.
Jenħtieġ … u ma jerġax lura.
L-imħabba tal-Missier ma terġax lura.
Irrifletti:
- X’inhu l-veru meħtieġ f’ħajtek?

pexels/arthurbrognoli: who follows whom?
ii. Pietru ġibdu lejh u beda jlumu u jgħidlu: “Allaħares, Mulej! Ma jkun qatt li dan jgħaddi minn għalik!”. Iżda Ġesù dar u qal lil Pietru: “Itlaq minn quddiemi, ja xitan! Int tfixkil għalija, għax m’intix tqis il-ħwejjeġ ta’ Alla, imma qiegħed taħsibha ta’ bniedem li int!”.
Ġesù lil Pietru ma jibagħtux lil hemm,
jibagħtu warajH.
għax quddiema jsir ostaklu
tfixkil biex l-imħabba t’Alla tasal
warajH isir strument
biex l-istil t’Alla jidħol:
Tħobbni int?
Irrifletti:
- Liema aspett tal-istil ta’ Ġesù issib l-aktar diffiċli?

pexels/kseniachernaia: just start.
iii. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja. Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha. Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu? Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien ma’ l-anġli tiegħu, u mbagħad irodd lil kull wieħed skond ma wieħed ikun għamel”.
X’ħasra jekk siġra ta’ frott bnin
qatt ma tagħmel;
X’ħasra jekk artist
qatt ma jpenġi, qatt ma joħloq mużika;
X’ħasra jekk tgħix
bla ma qatt ħabbejt!
Irrifletti:
- Kif ser tilqa’ l-istedina biex tħobb bħal Alla?
3. Missierna