Mhux tibża’ jew tirtira, imma tħobb.

Niċċelebraw l-Evanġelju tat-tletin Ħadd.

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

Inħobbok, Mulej, qawwa tiegħi.

1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla    

F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”. Qallu Ġesù: ““Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. U t-tieni jixbhu: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek”. Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti”. Mt 22, 34-40.

pexels/sora shimazaki: how do you measure the greatness of a comandment?

i. F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu. “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”

Kif tqis li kmandament hu kbir?
Jekk jgħid li kollha kbar, x’mgħallem hu?
Jekk jagħżel wieħed mill-mijiet, se iwaqqa’ kollox?

Imma l-mistoqsija tal-għaref fil-Liġi
intiża biex irossuh u jeliminawh,
tislet l-għerf ħiereġ mill-imħabba.

Irrifletti:

  • X’inhi l-mistoqsija tiegħek fuq il-kmandamenti?

pexels/ysnapshotjournal: receive God’s love and return it.

ii. Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed.

Lil Dak li ħabbek,
li xtaqek, li tak il-ħajja,
li kontinwament jeħles
mill-iskjavitù, mis-superfiċjalità,
mill-għeluq għall-futur

ħobbu b’għażliet konkreti
ħobbu mill-ġewwieni tiegħek
ħobbu b’mod intelliġenti.

Irrifletti:

  • Tħobbu lil Alla?

pexels/dmitry rodionov: give and receive love in a concrete way.

iii. “U t-tieni jixbhu: “Ħobb lil għajrek bħalek innifsek”. Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti””

X’jagħmel kmandament kbir?
Li tħobb.

Tħobb flok titmexxa
mill-biża, minn sens ta’ ħtija,
minn sens ta’ inferjorità li jimblokka relazzjoni qabel tibda tinbet;

Tħobb ħieles mill-arroganza
minn sens ta’ superjorità
ħieles biex tirċievi l-imħabba daqskemm biex toffriha.

Tħobb f’elf mod ċkejken
ta’ kif tittratta fjura, tikteb kumment,
tkun kreattiv f’kull relazzjoni u professjoni afdata f’idejk.

Irrifletti:

  • B’liema mod tħobb lil oħrajn?

3. Missierna  

TAGS

CATEGORIES

Family Liturgy

Comments are closed