Verità li teħles, mhux nasba.

Niċċelebraw l-Evanġelju tad-disgħa u għoxrin Ħadd

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu

 
Agħtu lill-Mulej sebħ u qawwa.
 
1. Niftħu qalbna għall-Kelma t’Alla    

F’dak iż-żmien, il-Fariżej marru u bdew jiftiehmu bejniethom biex jaraw kif jonsbuh b’xi kelma. U bagħtulu d-dixxipli tagħhom ma’ xi Erodjani u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li int raġel tħobb is-sewwa, u li t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi, bla ma tħabbel rasek minn ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares. Għidilna ħaġa, mela: Int x’jidhirlek? Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari?”.

Imma Ġesù għaraf il-ħażen ta’ moħħhom, u qalilhom: “Għaliex tridu ġġarrbuni, ja wċuħ b’oħra? Uruni l-munita tax-taxxa”. Urewh dinar, u Ġesù staqsiehom: “Ta’ min huma dan il-wiċċ u din il-kitba?”. Qalulu: “Ta’ Ċesari!”. Imbagħad qalilhom: “Mela agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla”. Mt 22, 15-21.

pexels/quang vuong: not all that glitters is gold.

i. F’dak iż-żmien, il-Fariżej marru u bdew jiftiehmu bejniethom biex jaraw kif jonsbuh b’xi kelma. U bagħtulu d-dixxipli tagħhom ma’ xi Erodjani u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li int raġel tħobb is-sewwa, u li t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi, bla ma tħabbel rasek minn ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares …

Li tistqarr dak li hu veru
filwaqt li tagħżel li tkun falz;

tfaħħar dak li hu tajjeb
u minn taħt taħdem biex ġġibu fix-xejn;

Kemm hu faċli li nitilfu l-bilanċ!

Flok inħalli l-Kelma tiggwidani,
infittex li nikkontrollaha.

Irrifletti:

  • Kif tersaq lejn il-Kelma t’Alla? Kif tħalliha ddawlek?

pexels/arturoaez225: towards freedom and integrity.

ii. Għidilna ħaġa, mela: (Mgħallem) Int x’jidhirlek? Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari?” Imma Ġesù għaraf il-ħażen ta’ moħħhom, u qalilhom: “Għaliex tridu ġġarrbuni, ja wċuħ b’oħra?”

Mal-ewwel daqqa t’għajn
jidher li miftuħa biex jitgħallmu,
li lesti biex isegwu, biex jieħdu parir,
biex iqisuh ta’ Mgħallem,
meta fil-fatt il-kliem u l-mistoqsija
maħduma biex jgħattu n-nassa.

Ġesù bil-kontra:
jistaqsi mistoqsija, jagħmel affermazzjoni
biex jikxef dak li hemm moħbi …
hekk biss jista’ jillibera
minn ħajja falza, min-nuqqas ta’ integrità.

Irrifletti:

  • Fejn kien hemm xi ħadd li għinek tiġi wiċċ imb’wiċċ mal-verità?

forumancientcoins.com: the coin might belong to Caesar. You don’t!

iii. “Uruni l-munita tax-taxxa”. Urewh dinar, u Ġesù staqsiehom: “Ta’ min huma dan il-wiċċ u din il-kitba?”. Qalulu: “Ta’ Ċesari!”. Imbagħad qalilhom: “Mela agħtu lil Ċesari dak li hu ta’ Ċesari, u lil Alla dak li hu ta’ Alla”

Dik il-munita tat-taxxa,
frott ix-xogħol tagħkom,
immarkata bil-wiċċ ta’ Ċesari,
tuhielu. Agħtu l-kontribut tagħkom.

Imma tinsiex li inti
immarkat bil-wiċċ ta’ Alla,
tappartjeni lilu.

Il-valur tiegħek ma jiddependix
minn kemm int utli għall-ekonomija
mill-posizzjoni, suċċess jew approvazzjoni fis-soċjetà.

Irrifletti:

  • X’nagħti lil Alla: il-ħidma jew anke l-qalb? Hemm xi ħaġa li mitlub inħalli warajja: kontroll, ambizzjoni, biża’?

3. Missierna  

TAGS

CATEGORIES

Family Liturgy

Comments are closed